Festa ta’ San Ġiljan:
- Programm tal-Festa: Il-Programm kollu tal-Festa jinsab fil-Ktieb tal-Festa li għadu kemm ħareġ u li tistgħu tiksbu kopja tiegħu mill-Book Centre. Se jkollna għall-bejgħ minn nhar it-Tnejn posters tal-vara ta’ San Giljan wara r-restawr.
- Ħrug tal-Vara: Għada/it-Tnejn, fis-7.00pm se jkun hawn quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi animat mis-St Julian’s Choral Group. Wara l-quddiesa l-vara titulari ta’ San Giljan tinħareġ mill-Knisja ta’ Lapsi u titniżżel lejn il-Knisja Parrokkjali akkumpanjata miż-żewġ baned ta’ San Giljan.
- Jum l-Anzjani – quddiesa fil-ġimgħa tal-Festa: Fis-6.30pm fil-Knisja ta’ Lapsi, tiġi ċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija, li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda. Fit-8.00pm ikun hawn kuncert imtella’ mill-Banda Spinola fil-Knisja Parrokkjali.
- Jum it-Tfal: Nhar l-Erbgħa fil-Knisja Parrokkjali ser tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal fis-7.00pm u wara purċissjoni tat-tfal sal-Knisja ta’ Lapsi.
- Jum l-Għaqdiet: Nhar il-Ħamis issir quddiesa fis-7.00pm u għaliha huma mistiedna l-membri tal-Kummissjonijiet u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa. Jiċċelebra l-quddiesa l-E.T. Mons Alessandro D’Errico, Nunzju Appostoliku.
- Jum il-Preżentazzjoni tat-trabi: Il-Ġimgħa fis-7.00pm hawn quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. Mistiedna wkoll dawk li rċevew il-magħmudija fil-knisja Parrokkjali meta nfetħet ħamsin sena ilu. Fi tmiem il-quddiesa jiġu ppreżentati t-trabi lil San Ġiljan.
- Lejliet il-Festa:
- Nhar is-Sibt, fil-5.00pm issir Quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi u fil-5.30pm fil-Knisja tal-Kuncizzjoni.
- Fis-5.45pm issir it-translazzjoni solenni tar-relikwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja ta’ Lapsi sal-Parroċċa. Wara ssir Quddiesa.
- Dakinhar ma ssirx Quddiesa fit-7.45pm.
- Jum il-Festa, 26 ta’ Awwissu:
- Il-ħin tal-quddies ikun: 8.00am, 9.00am (Knisja ta’ Lapsi), 9.30am (Solenni), 11.30am minnflok tal-12.15pm.
- Fid-9.30am Quddiesa Pontifikali mmexxija minn E.T. Mons J. Galea Curmi, Isqof Awżiljarju.
- Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.
- Fis-7.00pm toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġiljan.
Il-Festa t-tajba lil kulħadd