Aktar Xogħol fis-Sala Parrokjali l-Ġdida

Fl-aħħar jiem kompla jsir iżjed xogħol fis-Sala Parrokjali l-ġdida li tinsab taħt iz-zuntier il-ġdida tal-knisja parrokjali ta’ San Ġiljan.  Wara l-installazzjoni tal-elettriku u servizzi oħra, issa beda x-xogħol tal-madum tal-art.  B’hekk is-sala ħadet dehra oħra.  Din is-sala tista’ tintuża għal diversi attivitajiet.  J’Alla dan il-proġett jitgawda kemm mill-ġenerazzjoni preżenti u anke dawk futuri.  

Is-sala hija parti minn proġett kbir li l-parroċċa daħlet għalih fejn spazju moħli ġie żviluppat u issa jista’ jibda’ jiġi utiliżżat minn kulħadd.

Bħalissa qed isir ukoll xogħol fuq booking system kemm għas-sala parrokjali u anke għall-kmamar tal-laqgħat.

Minn din il-paġna aħna nkomplu naġġornawkom bix-xogħol li jkun għaddej.  Min ikollu xi mistoqsijiet jew diffikultajiet għandu jirrikorri fil-paġni uffiċċjali tal-parroċċa jew iċempel l-uffiċċju parrokjali għall-appuntament mal-kappillan.

 

 

 

 

 

 

About the author

Ikkummenta