- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali. Fil-kappella tal-Kunċizzjoni jkun hemm espożizzjoni ta’ Ġesu Sagramentat mid-9pm ‘l quddiem.
- Festa Nazzjonali: Nhar is-Sibt 8 ta’ Settembru, Festa tat-Twelid tal-Verġni Marija – Festa Nazzjonali – Il-ħinijiet tal-quddies jkunu bħal nhar ta’ Sibt.
- Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li ser jiżżewġu fi żmien sitt xhur huma mistiedna jattendu għal-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 23 ta’ Settembru fl-10.30am. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkjaw.
- Ringrazzjament: Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw sehemhom b’xi mod jew ieħor fl-attivitajiet li saru fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġiljan.
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Ufficju Parokjali matul din il-ġimgħa.
- Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Awwissu għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Margaret Zammit, Yvonne Galea, Charles Vella u Mary Bartolo. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…