- Ftuħ tas-Sena Kateketika:Fl-1 ta’ Ottubru jibda l-M.U.S.E.U.M. tas-subien fl-Iskola Primarja. Iż-żgħar jiltaqgħu fis-5.40pm u l-kbar jiltaqgħu fis-6.30pm. Jiltaqgħu t-Tnejn u l-Ħamis. Nhar it-Tlieta u nhar il-Ħamis (skont il-klassijiet tal-katekiżmu) se jsiru l-ewwel laqgħat għat-tfal u l-ġenituri fil-5.15pm fil-Knisja Parrokkjali.
Opening of Catechism Year:The M.U.S.E.U.M. for boys is to commence on 1st October. Classes will be held at the Primary School every Monday and Thursday. The young ones start at 5.40pm while the older ones start at 6.30pm. A meeting will be held on Tuesday and Thursday (according to the respective classes) starting at 5.15pm, where both parents and children are required to attend.
- Avviż importanti dwar il–Katekiżmu: Minħabba fl-infurzar tal-ligi dwar il-protezzjoni tad-data, it-tfal kollha li jattendu għall-Katekizmu jridu jiġu rreġsitrati mill-ġdid. Iktar dettalji se jingħataw waqt il-laqgħa tal-ġenituri l-ġimgħa d-dieħla. It-tfal subien iridu jiġu rreġistrati wkoll mill-ġdid fil-Qasam tal-M.U.S.E.U.M.
Important note regarding Catechism: Due to the enforcement of the data protection law, all children attending Catechism need to be re-registered. More information will be given at the parents’ meeting next week. Boys attending catechism classes at M.U.S.E.U.M. also need to be re-registered.
- Festa tal-Madonna tar-Rużarju: Il-Ġimgħa fis-6.30pm, toħroġ il-Purċissjoni tal-Madonna tar-Rużarju. Toħroġ għal Main Street, Triq San Elija, Triq Sant’Anglu, Triq il-Karmnu, Main Street u lura l-Knisja Parrokkjali. Wara ssir il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja Parrokkjali.
- Feast of Our Lady of the Rosary: A Procession with the statue of Our Lady of the Rosary will held on Friday, starting at 6.30pm. This will start from the Parish Church, go towards Main Street, St Elias Street, St Angelo Street, Carmel Street, Main Street and back to the Parish Church followed by the evening Mass.
- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Fil-kappella tal-Kunċizzjoni jkun hemm espożizzjoni ta’ Ġesu Sagramentat mid-9pm ‘l quddiem.
- First Friday: The Blessed Sacrament will be exposed at the chapel of the Immaculate Conception from 9pm onwards.
- Mother and Baby Club: Il-laqgħat tal-Mother and Baby Club se jerġgħu jibdew mit-Tnejn 8 ta’ Ottubru bejn id-9.30am u l-11.30am u jiltaqgħu fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Għal iktar informazzjoni tistgħu ċċemplu l-Uffiċju Parrokkjali.
- Mother and Baby Club: The Mother and Baby Club meetings will be resumed on Monday 8th October from 9.30am to 11.30am and will meet at Pope John Paul II Hall as usual. One can call the Parish Office for further information.
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa. Matul dan ix-xahar tirċievu wkoll l-envelope fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missjoni.
- Flimkien magazine: Helpers who distribute the Flimkien magazine may collect their copies from the Parish Office throughout the coming week. This month an envelope for a special donation for Mission Day will also be distributed.