- Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.
- Coffee morning: A coffee morning in aid of the Parish is to be held at the Hall next to the Parish Church on Tuesday from 9.30am onwards.
- Solennità tal-Qaddisin kollha u l-Għid tal-Imwiet: Nhar l-Ħamis u l-Ġimgħa huma jiem li fihom wieħed għandu jipprova jieħu sehem fil-quddies. Il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal fost il-ġimgħa.
- All Saints’ and all Souls’ Solemnity: One should try to hear Mass on Thursday and Friday being the feasts of All Saints and All Souls. Mass times will be the same as during the week.
- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar/Quddiesa għall-mejtin tagħna: Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali, ikun hawn quddiesa għal dawk li mietu matul din is-sena fil-Parroċċa tagħna. Wara ssir adorazzjoni.
- First Friday/Mass for the faithful departed: A special mass followed by an Adoration is to be held for those who passed away this year on Friday at 6.30pm.
- Ġabra għall-Missjoni: Il-ġabra li saret matul il-weekend li għadda kienet ta’ €3,000. Grazzi ħafna tal-ġenerożità tagħkom.
- Collection for the Missions: The collection held on Mission Sunday last week amounted to €3,000. Thank you for your generosity.
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.
- Flimkien magazine: Helpers who distribute the Flimkien magazine may collect their copies from the Parish Office throughout the coming week.
- Ħin tax-Xitwa: Dan il-weekend indawru l-arloġġ siegħa lura u għalhekk il-quddiesa ta’ filgħaxija, kemm tal-Ħadd, kif ukoll ta’ matul il-ġimgħa tkun fis-6.30pm. Il-quddies tas-Sibt filgħaxija jibqa’ l-istess.
- Winter Hours: This weekend we shall by turning back the clock by one hour, so as from today all evening masses will be at 6.30pm, except for Saturdays which remain unchanged.