AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 6 – 7 t’Ottubru 2018

 

  1. Mother and Baby Club: Il-laqgħat tal-Mother and Baby Club se jerġgħu jibdew minn nhar it-Tnejn bejn id-9.30am u l-11.30am u jiltaqgħu fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Għal iktar informazzjoni tistgħu ċċemplu l-Uffiċju Parrokkjali.

 

  1. Festa ta’ S. Fawstina Kowalska: Nhar it-Tnejn, fis-6.00pm fil-Knisja Parrokkjali ikun hawn Adorazzjoni u fis-7.00pm quddiesa f’ġieħ S. Fawstina Kowalska organizzata mill-Appostolat tal-Ħniena Divina.

 

  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  1. Rużarju fix-xahar t’Ottubru: Nhar Il-Ġimgħa se jsir talb bir-Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija fil-Kappara fil-5.00pm.

 

  1. Katekiżmu: L-applikazzjonijiet il-ġodda li tqassmu l-ġimgħa li għaddiet iridu jiġu ffirmati miż-żewġ ġenituri quddiem il-Kappillan jew rappreżentanti tiegħu nhar it-Tlieta 9 ta’ Ottubru u l-Ħamis 11 ta’ Ottubru bejn il-5.00pm u s-6.00pm.  F’każ li l-kustodja hi fdata f’idejn wieħed/waħda biss mill-ġenituri, irid jiġi mehmuż mal-formola kopja taċ-ċertifikat sħiħ tat-twelid jew tad-digriet tal-qorti bħala prova ta’ dan.  Jekk din l-applikazzjoni ma tiġix sottomessa, it-tfal ma jkunux jistgħu jattendu.

 

  1. Rużarju madwar il-Kosta: Fit-13 ta’ Ottubru, Malta se tilqa’ ir-‘Rużarju madwar il-Kosta’.  Din il-ġurnata se tgħaqqad id-devoti kollha fit-talb madwar id-dinja biex nitolbu għall-familji tagħna, il-Knisja, u għal Malta.  Ingħaqdu magħna wkoll bejn is-6.00pm u s-7.00pm  biex ngħidu r-Rużarju flimkien.  Il-laqgħa ġewwa San Giljan se ssir fejn il-Love Monument.

 

  1. Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi nhar il-Ġimgħa 19 t’Ottubru se ssir Ħarġa għal Manikata fejn issir Quddiesa fil-Knisja tal-Manikata u nkomplu b’ikla. Nitilqu minn Pjazza Spinola fid-9.30am. Min jixtieq jibbukkja jista’ jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta 16 t’Ottubru filgħaxija.

 

  1. Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Settembru għaddew għall-ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Norman Vincenti, Joseph Galea, Anglu Psaila, Patrick Miller, Isabella Darmenia, Agnes Lewkowicz, Gladys Mallia u Alfred Gauci. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

About the author

Ikkummenta