- Hospice Malta: Dal-weekend mad-dinja kollha qed tiġi ċċelebrata l-“World Hospice & Palliative Care Week”. Il-Hospice Malta tgħin ‘l fuq minn elf pazjent fis-sena kif ukoll lill-familjari tagħhom u dawn is-servizzi jiġu offruti kollha mingħajr ħlas. Mal-bibien tal-Knisja Parrokkjali hawn xi rappreżentanti tal-parroċċa li qed iqassmu rikordju tal-ġurnata kif ukoll jilqgħu xi donazzjonijiet. Kull offerta tiġi apprezzata.
- Collection – Hospice Malta: Hospice Malta will be making a special collection this weekend on the occasion of World Hospice & Palliative Care Week. Hospice assists over 1000 patients annually as well as their families at no charge. A parish representative will be outside the church to offer you a remembrance token and will also accept any donations. Any offer is appreciated.
- Griżma: Nhar it-Tlieta se ssir il-laqgħa għall-ġenituri u parrini fil-Knisja Parrokkjali fis-7.30pm.
- Confirmation: A meeting for all parents and godparents taking part in the forthcoming Confirmation is going to be held at the Parish Church on Tuesday at 7.30pm.
- Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tfakkar li nhar il-Ġimgħa 19 t’Ottubru se ssir Ħarġa għal Manikata fejn issir Quddiesa fil-Knisja tal-Manikata u nkomplu b’ikla. Nitilqu minn Pjazza Spinola fid-9.30am. Min jixtieq jibbukkja jista’ jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta 16 t’Ottubru filgħaxija.
- Grupp Ħbiberija: The Diaconia Commission reminds you that the next Grupp Hbiberija meeting is to be held on Friday 19th October where there will be an outing to Manikata. A mass will be held at the Manikata church followed by a meal. Transport will leave at 9.30am from Spinola. All those who wish to book may do so by calling the Parish Office until Tuesday evening.
- Quddiesa għat-tfal: Nhar il-Ħadd ser issir quddiesa mit-tfal għall-familja kollha fid-9.30am fejn ser issir ukoll il-preżentazzjoni tat-tfal li se jirċievu l-Griżma fis-27 t’Ottubru.
- Mass for Children: A children’s mass will be held next Sunday at 9.30am and the candidates for Confirmation will be attending.
- Ġurnata Missjunarja: Il-Weekend li ġej ser issir ġabra speċjali għall-Missjoni.
- Mission Sunday: A special collection will be organised next Sunday being Mission Sunday.