- Griżma 2019: Nhar it-Tnejn se ssir laqgħa għall-ġenituri ta’ dawk it-tfal li se jagħmlu l-Griżma f’Ottubru li ġej fil-Knisja Parrokkjali fis-7.15pm.
- Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.
- Assemblea Djoċesana: Monsinjur Arcisqof qed jistieden lil-lajci kollha mpenjati fil-Knisja għall-Assemblea Djocesana li ser issir nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, 22 u 23 ta’ Novembru fis-sala prinċipali tal-Katekumenju, l-Mosta. Il-ħin tal-laqgħat ikunu bejn is-6.30 u d-9.00 ta’ filgħaxija. Matul dawn il-laqghat se jiġu diskussi d-dokumenti tas-Sinodu tal-Knisja f’Malta.
- Festa Kristu Re: Nhar il-Hadd 25 ta’ Novembru fil‑00pm, l‑Arċisqof jibda korteo minn fejn il‑monument ta’ Kristu Re, il‑Furjana, li jimxi lejn il‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fejn tingħad it‑talba tal‑għasar
- Bookings għal intenzjonijiet fil-quddies fl-2019: Dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw xi quddiesa għas-sena d-dieħla għandhom jkellmu lil Fr Paul.
- Christmas Buffet Dinner. Qed norganizzaw Christmas Buffet Dinner nhar is-Sibt 15 ta’ Diċembru fit-8pm f’Gululu Restaurant b’risq il-parroċċa. Booking mill-uffiċċju parrokkjali jew mill-Book Centre.
- Xogħol fil-Knisja: Għada/Nhar it-Tnejn se jitkompla t-tieni fażi tax-xogħol fil-Knisja Parrokkjali. Dan ix-xogħol se jikkonsisti fit-tindif u konservazzjoni tal-Via Sagra kollha, xogħol ta’ tibjid u dawl fis-sagristija u jitwaħħlu l-fittings tad-dawl li fadal fin-naħa ta’ wara tal-Knisja. Ix-xogħol mistenni li jitlesta sal-aħħar tax-xahar. B’hekk inkunu għalaqna l-proġett għall-Knisja Parrokkjali. Nirringrazzjawkom tas-sapport kontinwu tagħkom anke dak finanzjarju li hu essenzjali biex jitħallsu l-ispejjeż kollha tal-Knisja tagħna.