AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 3 – 4 ta’ Novembru 2018

 

  1. Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fid-8.45am fi Pjazza Spinola jew Ta’ Giorni fejn il-Kulleġġ.

 

  1. Laqgħa – Katekiżmu: Nhar il-Ħamis fis-7.15pm ser issir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju li ġej. Il-laqgħa ser issir fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Cake sale: Il-weekend li ġej nixtiequ navżaw li jkun hawn cake sale b’risq il-Parroċċa. Dawk kollha li jixtiequ joffru xi haġa tal-ħelu jista’ joffrihom sa l-aħħar tal-ġimgħa.

 

  1. Ġabra għall-Hospice: Il-ġabra li saret għall-Hospice kienet ta’ €2,000.  Grazzi ħafna tal-ġenerożità tagħkom.

 

  1. Ikla: Fit-23 ta’ Novembru se tkun organiżżata ikla b’risq il-Parroċċa. Dettalji mill-Uffiċċju Parrokjali jew fuq in-noticeboards.

 

  1. Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Ottubru għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Joseph Bugeja u Anthony Attard. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

About the author

Ikkummenta