AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 8 – 9 ta’ Diċembru 2018

  1. Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Irtir: Il-Ħamis 13 ta’ Diċembru, festa nazzjonali, se jkun hawn nofstanhar irtir għall-Avvent fil-monasteru tal-Klarissi mid-9.30am sas-1.00pm.

 

  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  1. Grupp Ħbiberija – Ikla għall-Milied: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi ser issir ikla għall-Milied nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Diċembru għall-membri tal-Grupp Ħbiberija. Kull min jixtieq aktar dettalji jew min jixtieq jibbukkja, għandu jikkuntattja l-Uffiċċju Parrokkjali sal-11 ta’ Diċembru.

 

  1. Novena tal-Milied: Is-Sibt li ġej se nibdew Novena tal-Milied u fis-6pm se jsir Rużarju quddiem Ġesu’ Sagramentat u wara ssir Barka Sagramentali.

 

  1. March favur il-Ħajja: Nhar il-Ħadd 9 ta’ Diċembru ser issir attivita’ favur il-ħajja, March for Life. L-attivita’ tibda fit-3.30pm quddiem Kastilja, il-Belt.

 

  1. Kummissjoni Djakonija: Infakkru li fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali hemm is-siġra tal-Milied tal-Kummissjoni Djakonija;  min jixtieq jgħin lil min hu fil-bżonn, jista’ jieħu Christmas Cracker, jixtri dak li hemm miktub u jpoġġi l-affarijiet tal-ikel fil-qfief apposta (li jinsabu ukoll Lapsi u l-Kunċizzjoni). Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

About the author

Ikkummenta