- Ringrazzjamenti: Nixtiequ nirringrazzjawkom għal-ġabra li saret għad-Dar tal-Providenza nhar l-Ewwel tas-Sena fejn inġabret is-somma sabiħa ta’ €3,500.
- Il-grupp missjunarju FACES li kien hawn nhar il-Ħadd ibiegħu l-kalendarji, jirringrazzjakom ukoll tad-donazzjoni li offrejtulhom nhar il-Ħadd wara l-quddies. Inġabret is-somma ta’ €1,324. (to be read on Sunday only)
- Appreciations: Thank you for the donations for Dar tal-Providenza on the 1st of January where a sum of €3,500 was collected.
- The missionary group FACES also thanks you for the donations towards the sale of the calendars last Sunday. The collection amounted to €1,324.
- Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għalihom.
- Wedding Anniversaries Mass: Married couples who are celebrating their wedding anniversary throughout this month, are invited together with their families to a thanksgiving mass on Sunday at 6.30pm in the Parish Church.
- Grupp Ħbiberija – Coffee Morning: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija se jkun Coffee Morning u se jsir nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar fil-Alexandra Hotel, Paceville.
- Grupp Ħbiberija: A coffee morning in aid of the Parish is to be held at the Alexandra Hotel in Paceville next Friday 18th January.
- Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fi żmien sitt xhur u li attendew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 27 ta’ Jannar fl-10.30am fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.
- Invitations to Engaged Couples: A special Mass is going to be held on Saturday 19th January at 5.30pm at St John’s Co-Cathedral in Valletta for those couples getting married during this year.