Is-Sena 2019 u ċ-Ċentru Parrokkjali San Ġiljan

Is-sena 2019 li għadha kemm bdiet, jekk kollox jimxi kif inhu ippjanat, ser tkun sena oħra impenjattiva għall-parroċċa Ġiljaniża.  Ser tkun sena li matulha ser ikun inawgurat iċ-Ċentru Parrokkjali.

Is-sena 2017 kienet is-sena li ra l-bidu ta’ dan il-proġett permezz tat-twaqqieħ tat-taraġ l-antik u l-bini tal-kmamar u s-sala.  Kienet is-sena wkoll li rat taraġ ġdid li minn fuq il-pont jagħti aċċess għall-knisja.

Is-sena 2018 rajna żvilupp u tibdil radikali fuq iz-zuntier tal-knisja.  Zuntier akbar, isbaħ u aktar komdu.  Mis-sena msemmija, l-purċissjonijiet mhux bil-fors iridu jinżlu t-taraġ tal-pont iżda sar hemm aċċess dirett lejn il-parking area ta’ ħdejn il-Book Centre.

Is-sena 2019 x’ser iġġib magħha ? Din hija s-sena fejn iċ-ċentru għandu jiġi inawgurat u jibda’ jiffunzjona.  Diġa sar ħafna xogħol izda għad fadal xi jsir.  Ir-ritratti t’hawn taħt juru l-progress kbir li sar u x’jonqos isir.

Is-sena 2019 hija s-sena fejn ħolma oħra tal-kappillan Dun Claude Portelli ser issir  realta’.

 

This slideshow requires JavaScript.

 

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading