- Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu ġewwa dawn it-toroq: Adrijatiku, Bosfru, Sirti, Egew, Tirren, Baltiku u l-Arznu. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.
- Family Visits: The Family Visits will continue on Thursday and Friday. We shall be visiting homes in Triq Adrijatiku, Bosfru, Sirti, Egew, Tirren, Baltiku and Arznu this week. The helpers will contact you for an appointment.
- Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija ser issir nhar il-Ġimgħa u ser tkun quddiesa fis-Santwarju tal-Mellieha u wara jkun hemm ikla Al Ponte Restaurant, Mellieha. Ser ikun hemm it-trasport fl-9.45am minn Spinola. Dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw għandhom iċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta filgħaxija.
- Grupp Ħbiberija: The Diaconia Commission informs you that the next Grupp Ħbiberija meeting is to be held on Friday where a mass at the Mellieha Sanctuary will be held followed by a meal at Al Ponte Transport will leave at 9.45am from Spinola. All those who wish to book may do so by calling the Parish Office until Tuesday evening.
- Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għalihom.
- Wedding Anniversaries Mass: Married couples who are celebrating their wedding anniversary throughout this month, are invited together with their families to a thanksgiving mass on Sunday at 6.30pm in the Parish Church.
- Il-Kunsill Lokali San Ġiljan ser jorganiżża laqgħa flimkien mal-Perit tal-Kunsill nhar l-Erbgħa 13 ta’ Frar fis-Sala tal-Iskola primarja fis-7pm, dwar il-proġett ta’ tisbieh tal-Pjazza Qalb ta’ Ġesu’ (Spinola). Ir-residenti huma mistiedna jattendu.
- St Julian’s Local Council is organising a meeting with the Council’s Architect on Wednesday 13th February at the primary school at 7pm. The Spinola Square (Pjazza Qalb ta’ Gesu’) project will be discussed. Residents are invited to attend.