AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 30 – 31 ta’ Marzu 2019

 

 

  1. Eżerċizzi tar-Randan: Nhar l-Erbgħa, l-Ħamis u l-Ġimgħa ser isir kors ta’ Eżerċizzi għal kulħadd wara l-quddiesa tas-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Inħeġġukom sabiex tattendu.

 

  1. Family Visits: Inkomplu bil-Family Visits fejn nhar il-Ħamis ser inżuru l-familji li joqogħdu fi Triq B’Kara u l-Ġimgħa ser inżuru familji li joqogħdu fi Triq il-Buqrajq u Triq Ross. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.  Nirringrazzjaw lill-helpers kollha li għenuna f’dawn l-aħħar xhur.

 

  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
    • Adorazzjoni tal-Ħniena Divina: Fit-3.00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali.
    • Fil-kappella tal-Kunċizzjoni jkun hemm velja ta’ talb quddiem Ġesu Sagramentat mid-9pm ‘l quddiem.

 

  1. Pellegrinaġġ Penitenzjali: Nhar il-Ħadd 7 t’April, ser isir Pellegrinaġġ Penitenzjali għall-Mellieħa.  Din is-sena se nitilqu siegħa qabel,  fit-3.00am minn ħdejn il-Knisja ta’ Lapsi.  Il-biljetti għat-trasport lura jinxtraw mill-Book Centre.

 

  1. Ikla għall-familji fil-bżonn: Il-Kummissjoni Djakonija tixtieq tavża li ser tqassam ikla misjura lill-familji fil-bżonn ġewwa l-Parroċċa. Għaldaqstant dawk kollha li jixtiequ jipparteċipaw għandhom iċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali din il-ġimgħa.

 

  1. Seminarju: Nirringrazzjawkom tal-ġabra sabiha li saret il-weekend li għadda b’risq is-Seminarju.  Inġabret is-somma ta’ €3,000.

 

  1. Ħin tas-Sajf: Matul dan il-weekend, jinbidel il-ħin għal dak tas-Sajf u għalhekk il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija u ta’ fost il-ġimgħa tkun fis-7.00pm.  Il-ħinijiet ta’ filgħaxija tal-uffiċċju parrokkjali issa huma mil-5.30pm sas-7.00pm.

About the author

Ikkummenta