- It-Triq tas-Salib mat-tfal: Nhar it-Tlieta u l-Ħamis fil-5.30pm ser issir it-Triq tas-Salib mat-tfal kollha tal-katekiżmu (skont il-klassijiet tal-katekiżmu).
- Servizz ta’ Qrar: Nhar l-Erbgħa mis-7.00pm sal-10.00pm ikun hawn ħin għall-qrar fil-Knisja Parrokkjali. Se jkun hawn saċerdoti barra mill-Parroċċa disponibbli għall-qrar waqt li jkun hemm Ġesu Sagramentat espost.
- Festa tad-Duluri (il-Ġimgħa):
- Fit-3.00 issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali;
- Fil-30pm issir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi kif ukoll fil-Kappella tal-Kunċizzjoni;
- Fis-6.30pm isir il-pellegrinaġġ penitenzjali ma’ Marija Addolorata mill-car park ta’ fejn il-Knisja, taqbad Triq Lapsi, Triq San Mark, tinżel Telgħet B’Kara, Triq il-Kbira u lura l-Knisja. Wara l-purċissjoni issir quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.
- Ħadd il-Palm: Nhar il-Ħadd fid-9.15am isir it-tberik taż-żebbuġ fuq iz-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali u wara purċissjoni lejn il-Knisja fejn fid-9.30am issir quddiesa bis-sehem tat-tfal.
- Family Visits: Issa li lestejna l-ewwel fażi tal-family visits li bdejna f’nofs Jannar, nirringrazzjaw lill-familji kollha li laqgħuna għandhom kif ukoll lill-helpers li għenu. Wara l-Għid nerġgħu nibdew kuljum.
- Statwi ta’ żmien il-Għid: Infakkrukom li għandna statwi ta’ żmien il-Għid għall-bejgħ fil-bookshop.
- Bejgħ ta’ figolli: Il-weekend li ġej ser ikollna figolli home-made għall-bejgħ ħdejn il-Knisja Parrokkjali.
- Ġimgħa ta’ Sagrificcju: Bħal snin oħra, is-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika se jorganizza “Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju” minn nhar il-Ġimgħa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira, jiġifieri bejn it-12 u s-19 ta’ April 2019.
- Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Marzu għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Daniel Smith, Saviour Mifsud, Carmela Zammit, Jean Antida Montanaro, Edgar Arrigo u Paolo Saliba. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…