- Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-6.15pm, se jsir talb bir-Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija fi Triq il-Mensija (in-naħa ta’ ġewwa).
- Rosary for the month of May: A Rosary will be recited by the Legion of Mary in Mensija Road at 6.15pm on Monday on the inner side.
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali din il-ġimgħa minn nhar it-Tnejn.
- Flimkien: Helpers who distribute the Flimkien may collect their copies from the Parish Office as from Monday.
- Ċelebrazzjoni Marjana: Nhar il-Ħamis fil-5.15pm it-tfal kollha tal-katekiżmu, flimkien mal-ġenituri, jiltaqgħu fil-Knisja Parrokkjali għall-inkurunazzjoni tal-istatwa ta’ Sidtna Marija mit-tfal.
- Marian Celebration: All children attending Catechism together with their parents are meeting at the Parish Church on Thursday at 5.15pm for the crowning of Our Lady by the children.
- Pellegrinaġġ Marjan: Nhar Il-Ġimgħa fis-7.30pm il-Leġjun ta’ Marija ser torganiżża Pellegrinaġġ Marjan mill-Knisja Parrokkjali sal-Knisja tal-Kunċizzjoni. Kulħadd hu mistieden.
- Marian Pilgrimage: The Legion of Mary is organising a pilgrimage on Friday at 7.30pm which will go from the Parish Church up to Kuncizzjoni. Everyone is invited.
- Ġabra: Il-ġabra li saret il-weekend li għadda għall-Karita’ kienet ta’ €1,000. Grazzi ħafna tal-ġenerożità tagħkom.
- Collection: The collection for charity last week amounted to €1,000. Thank you for your generosity.