AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 11 – 12 ta’ Mejju 2019

  • Family Visits: Din il-ġimgħa jitkomplu il-Family Visits. Matul din il-ġimgħa se nżuru l-familji li joqogħdu Pender Place, Triq Salvu Privitera, Triq Dobbie, Triq Schreiber, St George’s Park, Triq Gort, Triq Paceville u l-parti l-oħra ta’ Triq il-Mensija.  Il-helpers jiġu javżawkom xi ġranet qabel u jagħtukom appuntament.  B’hekk nagħlqu l-Family Visits għal din is-sena.  Nirringrazzjaw lill-helpers kollha li għinuna matul il-Family Visits u l-familji kollha li laqgħuna.
  • Family Visits: On Monday we will continue the Family Visits and we will be visiting families who live in Pender Place, Triq Salvu Privitera, Triq Dobbie, Triq Schreiber, St George’s Park, Triq Gort, Triq Paceville and the other part of Triq il-Mensija. The Parish helpers will contact you with the time of the appointment. We thank all the helpers who helped out during this time and all the families who welcomed us.
  • Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-6.15pm, se jsir talb bir-Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija fi Triq il-Mensija (in-naħa ta’ barra).
  • Rosary for the month of May: A Rosary will be recited by the Legion of Mary in Mensija Road at 6.15pm on Monday (on the outer side).
  • Grupp Ħbiberija – Ħarġa għal Għawdex: Il-Kummissjoni Djakonija tavża li nhar il-Ġimgħa se ssir Ħarġa għal Għawdex. Nitilqu minn Pjazza Spinola fit-7.45am. Importanti li min jixtieq jibbukkja, iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta filgħaxija.
  • Grupp Ħbiberija – Day in Gozo: The Diocesan Commission advises that there is going to be a day trip to Gozo on Friday. Departure is from Spinola Square at 7.45am. Bookings are recommended and can be made by calling the Parish Office until Tuesday evening.
  • Ġabra għall-Karita’: Il-weekend li ġej niċċelebraw Jum il-Karita’. Għalhekk il-ġbir kollu matul il-weekend li ġej se jsir għall-Ħidmiet u Djar ta’ Karita’ li l-Knisja għandha f’Malta li jinkludu d-djar tat-tfal u d-djar tal-anzjani.
  • Day of Charity: The Church celebrates the Day of Charity next weekend. All collections during the coming weekend will be in aid of the Works and Homes of Charity that the Church has throughout Malta as well as its children’s homes and old people’s homes.
  • Laqgħa mill-Qrib: Nhar il-Ħadd 26 ta’ Mejju fl-10.30am se ssir il-Laqgħa mill-Qrib għall-Għarajjes li se jiżżewġu fil-sitt xhur li ġejjin u li lestew il-Kors ta’ Kana. Min jixtieq jinkiteb, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.
  • Laqgħa mill-Qrib: There is going to be a meeting on Sunday 26th May at 10.30am at Pope John Paul II hall for those couples who are getting married in the next 6 months and who completed the Cana Course. Bookings are to be made at the Parish Office.
  • Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2013, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali sas-6 ta’ Ġunju. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).
  • Catechism applications: Those who wish to apply for the Holy Communion class for next year, that is those children born in 2013, can collect their application from the Parish Office until 6th June. (Those children who have already attended this year do not need to reapply as they automatically go to the next class.)
  • Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda l-aħħar ta’ Settembru.  Min hu interessat jista’ japplika fl-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
  • Cana Course: Those couples planning to get married within the next two years are encouraged to attend the Cana Course. In our Parish, the course is held on Sunday morning and starts on the last Sunday in September.  Those interested may apply at the Parish Office during office hours.
  • Jum l-Omm: Nawguraw il-festa tajba lill-ommijiet kollha fl-okkażjoni ta’ Jum L-Omm.
  • Mother’s Day: Happy Mother’s day to all mothers.

About the author

Ikkummenta