AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 18 – 19 ta’ Mejju 2019

  • Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-6.15pm, se jsir talb bir-Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija f’The Gardens.
  • Rosary for the month of May: A Rosary will be recited by the Legion of Mary in The Gardens on Monday at 6.15pm.
  • Quddiesa għat-tfal: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun animata mit-tfal.
  • Children’s Mass: On Sunday, the 9.30am Mass at the Parish Church will be animated by the children.
  • Laqgħa mill-Qrib: Nhar il-Ħadd fl-10.30am se ssir il-Laqgħa mill-Qrib għall-Għarajjes li se jiżżewġu fil-sitt xhur li ġejjin u li lestew il-Kors ta’ Kana. Min jixtieq jinkiteb, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.
  • Laqgħa mill-Qrib: There is going to be a meeting on Sunday 26th May at 10.30am at Pope John Paul II hall for those couples who are getting married in the next 6 months and who completed the Cana Course. Bookings are to be made at the Parish Office.
  • Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2013, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali sas-6 ta’ Ġunju. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).
  • Catechism applications: Those who wish to apply for the Holy Communion class for next year, that is those children born in 2013, can collect their application from the Parish Office until 6th June. (Those children who have already attended this year do not need to reapply as they automatically go to the next class.)
  • Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda l-aħħar ta’ Settembru.  Min hu interessat jista’ japplika fl-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
  • Cana Course: Those couples planning to get married within the next two years are encouraged to attend the Cana Course. In our Parish, the course is held on Sunday morning and starts on the last Sunday in September.  Those interested may apply at the Parish Office during office hours.

About the author

Ikkummenta