AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 15 – 16 ta’ Ġunju 2019

  1. Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina:
  • Nhar it-Tlieta fil-5.15pm se jsir it-Tieni Rehearsal għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Parrokkjali.
  • Nhar il-Ħamis mill-5.30pm sas-7.30pm ikun hawn is-servizz tal-Qrar għall-ġenituri u t-tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Parrokkjali. Il-Qrar huwa miftuħ għal kulħadd u tkun okkażjoni sabiħa nqerru qabel il-Festa ta’ Corpus.
  • Nhar is-Sibt, 33 tifel u tifla se jiċċelebraw l-Ewwel Tqarbina fil-parroċċa tagħna. Iċ-Ċelebrazzjoni tibda fil-5.30pm fil-Knisja Parrokkjali.

Dakinhar ma jkunx hawn quddies filgħaxija fil-Knisja Parrokkjali, imma se jsiru żewġ quddisiet oħra:

  • fil-5.30pm fil-Kappella tal-Kunċizzjoni
  • fis-6.30pm fil-Knisja ta’ Lapsi.
  • Festa ta’ Corpus Christi: Nhar il-Ħadd wara l-quddiesa tas-7.00pm se ssir purċissjoni b’Ġesu’ Sagramentat akkumpanjat mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina.

 

  1. Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija se issir nhar il-Ġimgħa u se tkun ikla ġewwa l-Qawra. Se jkun hemm it-trasport fid-9.30am minn Spinola. Dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw għandhom iċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta filgħaxija.

 

  1. Ġabra – Offerta ta’ San Pietru: Il-Kurja ta’ Malta tavża illi l-weekend li ġej fil-knejjes kollha tal-Arċidjoċesi tagħna ser issir ġabra speċjali biex ngħinu lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku fil-ħidmiet tiegħu bħala ragħaj tal-Knisja Universali.

English:

 

  1. Celebration of the First Holy Communion:
  • On Tuesday at 5.15pm there will be the second preparatory meeting on in the Parish Church for the children doing their First Holy Communion.
  • On Thursday between 5.30pm and 7.30pm, there will be confession available for the parents and children doing their First Holy Communion. Confession is however open to all and it would be nice that we go to confession before the feast of Corpus Christi.
  • On Saturday there will be 33 children doing their First Holy Communion in our Parish. Celebrations start at 5.30pm in the Parish Church.

On Saturday there no evening masses will be held at the Parish Church, but instead there will be the following masses:

  • 5.30pm at the Immaculate Conception chapel
  • 6.30pm at Lapsi Church
  • Feast of Corpus Christi: On Sunday after the 7.00pm mass there will be a procession with the Holy Eucharist, accompanied by the children who did their First Holy Communion.

 

  1. Grupp Ħbiberija: The Diaconia Commission notifies you that the next Grupp Hbiberija meeting is to be held on Friday and will be lunch in Qawra.  Transport will leave at 9.30am from Spinola.  All those who wish to book may do so by calling the Parish Office until Tuesday evening.

 

  1. Collection – Offer for St Peter: The Archdiocese of Malta would like to advise that a special collection will be made next Sunday to assist his Holiness Pope Francis in his role as Bishop of the Universal Church.

About the author

Ikkummenta