Festa ta’ San Ġiljan
- Programm tal-Festa: Il-Programm kollu tal-Festa jinsab fil-Ktieb tal-Festa li għadu kemm ħareġ u li tistgħu tiksbu kopja tiegħu mill-Book Centre.
- Ħrug tal-Vara: It-Tnejn, fis-7.00pm se jkun hawn quddiesa fil-Knisja animat mis-St Julian’s Choral Group. Wara l-quddiesa l-vara titulari ta’ San Giljan tinħareġ min-niċċa u titwassal fuq iz-zuntier fejn tiġi milqugħa mill-Banda San Ġiljan.
- Jum l-Anzjani – quddiesa fil-ġimgħa tal-Festa: Fis-6.30pm fil-Knisja ta’ Lapsi, tiġi ċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija, li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda.
- L-Ewwel Jum tat-Tridu, Jum it-Tfal u l-Addoloxxenti
- Nhar l-Erbgħa fil-Knisja Parrokkjali ser tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal u l-addoloxxenti fis-7.00pm u wara ssir manifestazzjoni għalihom bl-istatwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjali u tgħaddi minn Triq il-Kbira, Triq il-Karmnu, Triq Sant’Anġlu, Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi u tkun akkumpanjata mill-Banda Spinola.
- It-Tieni Jum tat-Tridu, Jum l-Għaqdiet
- Nhar il-Ħamis issir quddiesa fis-7.00pm u għaliha huma mistiedna l-membri tal-Kummissjonijiet u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa. Jiċċelebra l-quddiesa s-saċerdot novell Dun Aayrton-Ray Muscat u tkun animata mis-St Julian’s Choral Group.
- It-Tielet Jum tat-Tridu, Jum il-Preżentazzjoni tat-trabi
- Il-Ġimgħa fis-6.00pm fil-Knisja ta’ Lapsi ssir quddiesa u wara prietka b’tifħir u glorja lil San Ġiljan. Wara tingħad il-Kurunella u tingħata l-Barka Sagramentali.
- Fis-7.00pm issir quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. Fi tmiem il-quddiesa jiġu ppreżentati t-trabi lil San Ġiljan.
- Lejliet il-Festa:
- Nhar is-Sibt, fil-5.00pm issir Quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi u fil-5.30pm fil-Knisja tal-Kuncizzjoni.
- Fis-6.00pm issir it-translazzjoni solenni tar-relikwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja ta’ Lapsi sal-Parroċċa. Wara ssir Quddiesa.
- Dakinhar ma ssirx Quddiesa fit-7.45pm.
- Jum il-Festa, 25 ta’ Awwissu:
- Il-ħin tal-quddies ikun: 8.00am, 9.00am (Knisja ta’ Lapsi), 9.30am (Solenni), 11.30am minnflok tal-12.15pm.
- Fid-9.30am Quddiesa Pontifikali mmexxija minn E.T. Mons J. Galea Curmi, Isqof Awżiljarju.
- Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.
- Fis-7.00pm toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġiljan.
Il-Festa t-tajba lil kulħadd