- Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.
- Festa ta’ S. Klara: Nhar il-Ħadd is-Sorijiet Klarissi jistidnuna niċċelebraw magħhom il-Festa ta’ Santa Klara fil-Monasteru tagħhom f’San Ġiljan. Ikun hemm quddiesa fis-6.30pm.
- Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa. Għaldaqstant tqegħdu qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali, il-Knisja ta’ Lapsi u l-Kappella tal-Kunċizzjoni.
- Ikla għall-festa: Il-Kummissjoni Djakonija tixtieq tavża wkoll li għal dan iż-żmien hekk sabiħ u għażiż, kulħadd ikun jista’ jgawdi minn ikla bnina u sustanzjuż Għaldaqstant qed nirrikorru għall-ġenerożita’ tagħkom biex tgħinuna finanzjarjament biex dan ikun possibli. Kontribuzzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju Parrokkjali. Nirringrazzjawkom bil-quddiem għall-għajnuna li dejjem tajtuna.
- Talb għall-mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Lulju għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Zak Mifsud, Alexander Grech, Jane Caruana u Jason Mallia. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…