
- Solennità tal-Qaddisin kollha u l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni. Fil-kappella tal-Kunċizzjoni jkun hemm velja ta’ talb quddiem Ġesu Sagramentat mid-9pm ‘l quddiem.
- All Saints’ Day and First Friday: There will be Mass at 6.30pm followed by an adoration at the Parish Church. The Blessed Sacrament will be exposed at the chapel of the Immaculate Conception from 9pm onwards.
- L-Għid tal-Imwiet: Il-ħin tal-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ Sibt.
- All Souls’ Solemnity: Mass times will be the same as on Saturday.
- Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa fis-Sala tal-Konferenzi fiċ-Ċentru mid-9.30am ‘l quddiem.
- Coffee morning: A coffee morning in aid of the Parish is to be held at the Hall next to the Parish Church on Tuesday from 9.30am onwards.
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.
- Flimkien magazine: Helpers who distribute the Flimkien magazine may collect their copies from the Parish Office throughout the coming week.
- Ħin tax-Xitwa: Dan il-weekend indawru l-arloġġ siegħa lura u għalhekk il-quddiesa ta’ filgħaxija, kemm tal-Ħadd, kif ukoll ta’ matul il-ġimgħa tkun fis-6.30pm. Il-quddies tas-Sibt filgħaxija jibqa’ l-istess.
- Winter Hours: This weekend we shall by turning back the clock by one hour, so as from today all evening masses will be at 6.30pm, except for Saturdays which remain unchanged.
Related