AVVIŻI – PARISH NOTICES ST JULIANS PARISH 11th to 12th January 2020

 

  • Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija se tkun quddiesa fid-9.00am ġewwa Paceville segwita minn buffet breakfast nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.
  • Grupp Ħbiberija: A mass at 9.00am at Our Lady of Good Counsel Church, Paceville followed by a buffet breakfast in aid of the Parish is to be held on Friday 17th January. One can contact the parish office for further information.
  • Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għali
  • Wedding Anniversaries Mass: Married couples who are celebrating their wedding anniversary throughout this month, are invited together with their families to a thanksgiving mass on Sunday at 6.30pm in the Parish Church.
  • Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fi żmien sitt xhur u li attendew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 26 ta’ Jannar fl-10.30am fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.
  • Laqgħa mill-Qrib: There is going to be a meeting on Sunday 26th January at 10.30am for those couples who are getting married in the next 6 months and who completed the Cana Course.  Bookings are to be made at the Parish Office.
  • Donazzjoni tad-demm: Il-kunsill lokali jixtieq javża li l-Mobile Blood Donation Unit se jkun fil-Pjazza Qalb ta’ Gesu nhar l-Erbgħa 15 ta’ Jannar għal min jixtieq jagħmel donazzjoni tad-demm.
  • Blood donation: The local council would like to advise that the Mobile Blood Donation Unit is going to be in Pjazza Qalb ta’ Gesu on Wednesday 15th January should one wish to make a blood donation.

About the author

Ikkummenta