- Servizz Ekumeniku Djoċesan: Se jsir Servizz Ekumeniku Djoċesan fl-okkażjoni tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-għaqda tal-Insara nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Jannar fis-6.30pm fil-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl, il-Belt Valletta. Se jippriedka l-Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Inħeġġukom tattendu għas-Servizz.
- Diocesan Ecumenical Service: On the occasion of the Week of Prayer for the Unity of Christians, a Diocesan Ecumenical Service will be held on Friday 24th January at 6.30pm at St Paul’s Anglican Pro-Cathedral in Valletta. Mons Archbishop Charles J. Scicluna will be giving the sermon. Everyone is encouraged to attend.
- Festa Liturġika ta’ San Ġiljan: Nhar is-Sibt 25 ta’ Jannar fis-6.30pm, ser issir quddiesa tal-Festa Liturġika fil-Knisja Parrokkjali b’animazzjoni mis-St Julian’s Choral Group.
- St Julian’s Liturgical Feast: A mass will be held on Saturday 25th January at 6.30pm in the Parish Church on the occasion of St Julian’s Liturgical Feast. The mass will be animated by the St Julian’s Choral Group.
- Quddiesa għall-familji: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun animata mit-tfal. Il-familji huma mħeġġa li jattendu.
- Family Mass: On Sunday, the 9.30am mass in the Parish Church will be animated by children. All families are invited to attend.
- Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fi żmien sitt xhur u li attendew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 26 ta’ Jannar fl-10.30am fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja
- Laqgħa mill-Qrib: There is going to be a meeting on Sunday 26th January at 10.30am at Pope John Paul II hall for those couples who are getting married in the next 6 months and who completed the Cana Course. Bookings are to be made at the Parish Office.