PARISH NOTICES – AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 22 – 23 ta’ Frar 2020

 

  • Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa fis-Sala taċ-Centru mid-9.30am ‘l quddiem.
  • Coffee Morning: On Tuesday, a Coffee Morning will be held in aid of the Parish, in the hall at St Julians Centre from 9.30am onwards.
  • L-Erbgħa tal-Irmied: Jum ta’ Sawm u Astinenza. Wara il-quddiesa tas-6.30pm issir Adorazzjoni tas-Salib fil-Knisja Parrokkjali. F’kull quddiesa matul il-jum isir tqegħid tal-irmied.
  • Ash Wednesday – A day of Fasting & Abstinence: After 6.30pm mass there will be the Adoration of the Cross in the Parish Church. There will also be the placing of the ashes during every Mass.
  • Family Visits: Inkomplu bil-Family Visits fejn nhar il-Ħamis ser inżuru l-familji li joqogħdu ġewwa l-Bini tal-Gvern f’Ta’ Giorni, Blocks D, F u G, u nhar il-Ġimgħa nżuru Triq Abbe’ de Vertot, Triq Nicholas Monserrat, Triq Schemerhorn u Blocks E u K. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.
  • Family Visits: The Family Visits will continue this week.  We shall be visiting homes in Blocks D, F and G in Ta’ Giorni on Thursday, and Abbe’ de Vertot Street, Nicholas Monserrat Street, Schemerhorn Street and Blocks E and K on Friday. The helpers will contact you for an appointment.
  • Adorazzjoni għaż-żagħżagħ: Nhar il-Ġimgħa, il-grupp Connections se jorganiżża adorazzjoni għaż-żagħżagħ fil-Kappella tal-Kunċizzjoni bejn it-8.15pm u d-9.15pm.
  • Adoration for youths: The group Connections is organising an adoration for youths on Friday between 8.15pm and 9.15pm at the Kunċizzjoni
  • Quddiesa għall-familji: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun animata mit-tfal. Il-familji huma mħeġġa li jattendu.
  • Family Mass: On Sunday, the 9.30am mass in the Parish Church will be animated by children. All families are invited to attend.
  • Sunday buffet lunch: Se tkun organiżżata ikla fund raising għall-familja kollha nhar il-Ħadd 8 ta’ Marzu fis-1.00pm fis-sala taċ-Ċentru. Postijiet huma limitati.  Għal biljetti ċemplu l-uffiċċju parrokkjali.
  • Sunday buffet lunch: A fund raising buffet lunch for all the family is being organised at the St Julians Centre hall on Sunday 8th March at 1pm.  Places are limited.  One can call the parish office to obtain tickets.
  • Ktieb kommemorattiv dwar iż-żjara tal-Papa: L-Arċidjoċesi ta’ Malta bi ħsiebha toħroġ ktieb kommemorattiv dwar iż-żjara tal-Q.T. il-Papa Franġisku li se jkun fih 150 paġni kollha bil-kulur fuq karta adattata għal din it-tip ta’ publikazzjoni prestiġjuża. Ktieb b’qoxra ħoxna jinbiegħ €50, iżda min jordnah mingħand il-Kappillan jieħdu bi prezz imraħħas ta’ €40. Ktieb b’qoxra ratba jinbiegħ €30, iżda min jordnah mingħand il-Kappillan jieħdu bi prezz imraħħas ta’ €25. Booking mill-Uffiċċju Parrokkjali sal-25 ta’ Marzu.
  • Commemorative book on the Pope’s pastoral visit to Malta: The Archdiocese of Malta is going to issue a commemorative book which will include 150 colour pages on special paper.A hard cover copy will cost €50 but will be available for €40 if ordered with the parish priest.  A soft copy will be €30 or €25 if ordered with the parish priest.  You may book your copy at the parish office until 25th March.
  • Avviż mill-Kunsill Lokali: Nhar it-Tlieta ġewwa l-car park se jkompli jiġi stallat tagħmir tal-parkeġġ mill-Kunsill.  Parti mill-parkeġġ se jkun magħluq.  Nitolbu l-koperazzjoni tagħkom biex ma jitħallewx karozzi fuq in-naħa tal-bankina mit-8.00am sas-1.00pm.
  • Local Council notice: Parking equipment is going to continue to be installed in the Parish car park on Tuesday between 8.00am and 1.00pm.  Part of the car park is going to be closed.  Your cooperation will be appreciated.

About the author

Ikkummenta