L-Ewwel Tqarbina: L-Ewwel Tqarbina fil-Parroċċa din is-sena minħabba ċ-ċirkostanzi prezenti, se ssir is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju filgħodu.
First Holy Communion: Due to the current circumstances, the First Holy Communion in the Parish is going to be celebrated on Saturday 18th and Sunday 19th July.
Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana. Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda fl-aħħar ta’ Settembru. Min hu interessat jista’ japplika fl-Uffiċċju Parrokkjali permess ta’ appuntament billi wieħed iċempel l-Uffiċċju jew permezz ta’ email.
Cana Course: Those couples planning to get married within the next two years are encouraged to attend the Cana Course. In our Parish, the course is held on Sunday morning and starts on the last Sunday in September. Those interested may call the Parish Office for an appointment or even send an email.
Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Ġunju għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Evelina Satariano, John Micallef, Nazzareno Dalli, Maria Calleja u Antoinette Spiteri. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
Prayers for our faithful departed: We pray for : Evelina Satariano, John Micallef, Nazzareno Dalli, Maria Calleja and Antoinette Spiteri who entered eternal life during June. Eternal rest grant unto them O Lord …
Avviż dwar il-maskri: Skont id-direttivi aġġornati, għalkemm il-maskri m’humhiex obbligatorji, huwa xorta rrikmandat li jintlibsu fil-knisja.
Notice regarding face masks: According to the updated health directives, although masks are no longer obligatory, it is highly recommended that one wears them in church.
Ġabra: Matul dan il-weekend, qed ssir ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa.
Collection: A special collection is being made this weekend in aid of the parish.