AVVIŻI – PARISH NOTICES ST JULIAN’S PARISH 8th to 9th August 2020

 

Festa ta’ Santa Marija: Nhar is-Sibt niċċelebraw is-Solennita’ tat-Tlugħ ta’ Marija fis-Sema – Festa Kmandata.  Il-ħin tal-quddies ikun fit-8.00am, 9.00am (Lapsi), 9.30am, 11.00am, 6.30pm u 7.45pm.  Lejliet il-Festa, il-Ġimgħa filgħaxija, il-quddiesa tas-7.00pm tkun il-Vġili ta’ din is-Solennita’ u tgħodd għall-obbligu tal-quddies ta’ din il-Festa.

Feast of St Mary: On Saturday we celebrate the feast of the Assumption of Our Lady and is a day of obligation. Mass times will be as follows: 8.00am, 9.00am (Lapsi), 9.30am, 11.00am, 6.30pm and 7.45pm.  On Friday, the 7.00pm Mass is a Vigil Mass of this Solemnity and satisfies the obligation to attend Mass for this Feast.

Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel, tal-ħasil u toiletries għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa. Għaldaqstant tqiegħdu qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali u fil-Knisja ta’ Lapsi li se jibqgħu hemm sal-Ħadd 23 t’Awwissu. Kul min jixtieq jikkontribwixxi finanzjarjament, jista’ wkoll.  Dawn jistgħu jintlaqgħu fl-Uffiċċju Parrokkjali. Nirringrazzjawkom bil-quddiem għall-għajnuna li dejjem tajtuna.

Collection of food items: The Diaconia Commission is currently collecting food items, detergents and toiletries for needy families in our Parish. All food items are to be placed in the baskets in the Parish Church and Lapsi Church, which will remain there until Sunday 23rd August. Monetary contributions will also help and may be received at the Parish office. We thank you in advance for your help.

About the author

Ikkummenta