Quddiesa tal-Festa: Għada filgħaxija/Illejla, il-Quddiesa tas-7pm se tkun il-Quddiesa tal-Festa ta’ San Giljan u tkun animata mill-Amadeus Chamber Choir. Fl-aħħar tal-quddiesa titkanta l-Antifona ta’ San Giljan u tingħata l-Barka Sagramentali. Nagħlqu ċ-ċelebrazzjoni bl-Innu Popolari ta’ San Giljan. Il-Quddiesa se tintwera live fuq il-YouTube Channel tal-Parrocca, kif ukoll live fuq Xejk TV.
Feast Mass: Tomorrow/This evening, the 7.00pm Mass will be the Mass celebrating the feast St Julian and will be animated by the Amadeus Chamber Choir. The Mass will be concluded by the Antiphone of St Julian, a Sacramental Blessing and the Hymn of St Julian. It will be transmitted live on the Parish’s YouTube Channel as well as on Xejk TV.
L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.
First Friday: At 7.00pm there will be Mass followed by an adoration at the Parish Church.
Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li ser jiżżewġu fi żmien sitt xhur huma mistiedna jattendu għal-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 20 ta’ Settembru fl-10.30am. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkjaw.
Laqgħa mill-Qrib: There is going to be a meeting on Sunday 20th September at 10.30am for those couples who are getting married in the next six months and who completed the Cana Course. Bookings are to be made at the Parish Office.
Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana. Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda fl-aħħar ta’ Settembru. Min hu interessat jista’ japplika fl-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
Cana Course: Those couples planning to get married within the next two years are encouraged to attend the Cana Course. In our Parish, the course is held on Sunday morning and starts on the last Sunday in September. Those interested may apply at the Parish Office during office hours.