- Ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa fis-7.00pm se jirċievu l-Griżma tal-Isqof 50 tifel u tifla fil-Parroċċa tagħna. Filwaqt li nżommuhom fit-talb tagħna matul din il-ġimgħa, navżaw li l-Quddies tas-7.00pm għal dawn il-jumejn tkun riżervata biss għal dawk li se jieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni.
- Confirmation: This Thursday and Friday, 50 boys and girls will celebrate their Confirmation in our Parish during the 7.00pm Mass in church. While we will be keeping them in our prayers, we would like to advise that the Masses on these two days will be restricted to those who are taking part in the celebration.
- Ġabra: Bħal ma avżajna l-ġimgħa l-oħra, ix-xogħol ta’ manutenzjoni fuq iċ-chillers tas-sistema tal-arja kundizzjonata fil-knisja se jiswa madwar €4,500. Nirringrazzjawkom minn qalbna tal-ġabra li saret il-weekend li għadda u donazzjonijiet li tajtuna b’risq din l-ispiża. Ġbarna s-somma sabiħa ta’ €2,600. Il-ġabra tal-lum ukoll se tkun għal dan il-għan biex niġbru l-ispejjeż li fadal. Nirringrazzjawkom tal-generosita’ u s-sapport tagħkom.
- Collection: As advised last weekend, the maintenance work on the air conditioning chillers is estimated to cost around €4,500. We thank you for all your donations and collections made in the past week. So far €2,600 have been collected. Today’s collection is also going to be in aid of this work so that we can collect all that is needed. We thank you once again form your support and generosity.