- Lectio Divina (Online): Minn nhar il-Ħamis 26 ta’ Novembru għal matul l-Avvent, se ssir Lectio Divina online fis-7.30pm. Il-link se jkun aċċessibbli minn fuq il-Facebook page tal-Parroċċa dakinhar stess.
Lectio Divina (Online): As from this Thursday, and every Thursday during Lent, a Lectio Divina will be held online at 7.30pm. The link will be accessible from our Facebook page of the Parish on the same day.
- Sounds in Silence: Bħal m’għamilna fl-aħħar t’Ottubru, nhar il-Ħadd li ġej, ftit qabel il-quddiesa tad-9.30am, għall-ħabta tad-9.15am, żewġ mużiċisti mill-Malta Youth Orchestra se jdoqqu 10 minuti ta’ mużika klassika għal ħin ta’ riflessjoni. Għalhekk min issoltu jiġi għal din il-quddiesa hu mħeġġeġ li jasal ftit qabel għal dan il-għan.
Sounds in Silence: Next Sunday, a little bit before the 9.30am Mass, at about 9.15am, two musicians from the Malta Youth Orchestra will be playing 10 minutes of classical music for a time of reflection. Those who usually attend this mass are encouraged to come to church slightly earlier for this reason.
- L-Ewwel Ħadd tal-Avvent: Fid-9.30am ħa jkollna quddiesa għall-familji li fiha jkun hemm tberik ta’ girlandi. Inħeġġu lit-tfal u lill-familji biex jattendu.
1st Sunday of Advent: On Sunday at 9.30am there will be a special Mass for families, followed by the blessing of the garlands. Families and children are encouraged to attend.
- Quddiesa tal-għeluq tal-kors ta’ Kana: Nhar il-Ħadd ukoll, waqt il-quddiesa tal-11.00am, se ssir quddiesa għall-egħluq tal-Kors ta’ Kana li fiha jkunu preżenti l-koppji li bdew il-Kors f’Ottubru li għadda.
Mass for the conclusion of the Cana Course: During the 11.00am mass on Sunday as well, the mass will mark the conclusion of the Cana course that started in October, and the couples who took part will be present.
- Applikazzjonijiet għad-dħul ta’ tfal fl-Iskejjel tal-Knisja għas-sena d-dieħla: Nixtiequ ninfurmawkom li ħarġu r-regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta. Iktar dettalji minn fuq il-website www.knisja.mt.
Applications for Entry at Church Schools: We would like to advise that the regulations for the entry into Church schools for the next scholastic year have been issued and may be obtained from Curia’s website www.church.mt.