It-tagħlima li ser nisiltu llum hi dwar is-silenzju
Silta mill-kitba ta’ Dun Ġorġ dwar din it-tagħlima :
Infatti: Ġesù Kristu wara disa’ xhur magħluq fil-ġuf verġinali ta’ Marija Santissima f’silenzju l-aktar kbir, ħareġ mit-tabernaklu immakulat, f’post minnu stess magħżul, imwarrab mill-ħsejjes tas-sentimenti tad-dinja u midfun f’silenzju profond. “Twieled barra mil-belt għax post ma kienx hemm fil-lukanda”. U mhux biss il-post iżda l-ħin ukoll Hu ffissa bis-sapjenza tiegħu li fih innifsu hu kollu silenzju – “U f’nofsillejl Marija tat id-dinja l-Iben tagħha”. L-ewwel lezzjoni li Kristu ta lid-dinja hija s-silenzju li bih is-saltna t’Alla tidħol fil-qalb tal-bniedem.
Sentenza ta’ Ġesù fuq s-siwi tas-silenzju fil-ħajja tan-nisrani
‘Ikun kliemkom iva, iva u le, le, għax dak li huwa iżjed minn hekk huwa mill-ħażen.’
Talba:
Mulej għinna ngħożżu s-silenzju u niksruh biss għal xi ħaġa aħjar.
Nitolbu: Ismagħna nitolbuk Mulej.