19 ta’Diċembru – il-Ħames Jum tan-Novena

It-tagħlima li ser nisiltu llum hi dwar Ġesù hu veru Alla

Silta mill-kitba ta’ Dun Ġorġ dwar din it-tagħlima :

Infatti: Ġesù Kristu ma kienx jasal biex jifdi lill-bnedmin mill-Ġustizzja infinita ta’ Alla kieku tassew ma kienx Alla wkoll, għalhekk Huwa sar bniedem, twieled u deher fostna biex permezz Tiegħu tingħata l-paċi fl-art lill-bniedem. ‘Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ volonta tajba.’ Kif jista’ jkun li jiġi milħuq il-fini jekk ma jkunux proporzjonati l-mezzi? Kif jista’ fqajjar iħallas djun li r-rikkezzi kollha tad-dinja ma jaslux biex jissodisfaw?

Sentenza ta’ Ġesù fuq s-siwi tal-fidi fiH bħala Alla u Sidna  fil-ħajja tan-nisrani

‘Jien u l-Missier, aħna ħaġa waħda.’

Talba

Għinna Mulej Ġesù biex ma’ Tumas l-Appostlu spiss intennu: Mulej tiegħi u Alla tiegħi u nagħtuk l-imħabba kollha ta’ qalbna.

Nitolbu: Ismagħna nitolbuk Mulej. 

About the author

Ikkummenta