It-tagħlima li ser nisiltu llum hi dwar Ġesù hu veru bniedem
Silta mill-kitba ta’ Dun Ġorġ dwar din it-tagħlima :
Infatti: Ġesù Kristu malli twieled ġie nfaxxat fil-ħrieqi u mqiegħed f’maxtura. Kieku ma kellux ġisem veru u sostanzjali ma kienx jista’ jkun infaxxat, lanqas San Ġużepp ma kien ikollu raġun jaħseb li Marija Santissma, l-għarusa safja tiegħu, saret vera omm biex jagħmel ħsieb li jħalliha. Veru bniedem huwa min jitwieled minn veru bniedem. Kristu immela huwa veru bniedem ukoll għax dixxendenti minn Adam, mill-ġenbejn tas-Sultan David skont il-kliem tal-Arkanġlu Gabrijel “La tibżax o Marija għax inti sibt grazzja quddiem Alla. Ara li inti ssir omm u jkollok tifel u ssemmih Ġesù. Dan ikun kbir u jissejjaħ l-Iben tal-Aktar Għoli, u s-Sinjur Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru u jsaltan għal dejjem fid-dar ta’ Ġakobb: u tmiem ma jkollhiex is-saltna tiegħu”.
Sentenza ta’ Ġesù` fuq s-siwi tal-fidi fiH bħala Bniedem fil-ħajja tan-nisrani.
‘Bin il-bniedem ma ġiex biex ikun moqdi iżda biex jaqdi u jagħti ħajtu fidwa għal bosta.’
Talba :
Agħtina Mulej, spirtu ta’ radd il-ħajr lejn il-Misteru tal-Inkarnazzjoni, li fih, inti sirt bniedem bħalna biex tgħix magħna u tifdina.
Nitolbu: Ismagħna nitolbuk Mulej.