22 ta’Diċembru – It-Tmien Jum tan-Novena

It-tagħlima li ser nisiltu llum hi dwar Il-paċenzja

Silta mill-kitba ta’ Dun Ġorġ dwar din it-tagħlima :

Infatti: Ġesù Kristu, malli deher fid-dinja, ried jimpressjona lill-bnedmin bl-eżempju tiegħu fuq il-ħtieġa tal-paċenzja li mit-twelid tagħna sal-mewt hija sieħba tagħna li ma tħallina qatt. Il-bard tal-istaġun, il-maxtura tal-annimali, il-għar għall-beraħ, iċ-ċaħdiet l-oħra tal-kumditajiet jingħaqdu biex imissu ’l dik it-tenera tarbija, li rmiet taħt saqajha, fis-Sapjenza Divina tagħha, id-delizzji tal-palazzi, tas-sodod indurati u rotob, il-kotra tas-sefturi u l-ħlewwiet l-oħra ta’ din id-dinja u ħaddnet is-salib tal-paċenzja. Ried bħallikieku jgħid bil-kelma li ħadd ma huwa meħlus mill-eżerċizzju tal-paċenzja …

Sentenza ta’ Ġesù fuq s-siwi tal-pacenzja fil-ħajja tan-nisrani:

‘Bil-paċenzja tagħkom issalvaw ruħkom.’

Talba

Għallimna, Mulej,  biex bħalek napprezzaw u ngħixu l-virtù tal-paċenzja għax nafu li tant hi għażiża għalik. Kun magħna fil-mument tal-prova.

Nitolbu: Ismagħna nitolbuk Mulej.

About the author

Ikkummenta