It-tagħlima li ser nisiltu llum hi dwar Il-Providenza t’Alla
Silta mill-kitba ta’ Dun Ġorġ dwar din it-tagħlima :
Infatti: Ġesù Kristu huwa l-mezz uniku li Alla ta lilna bnedmin għal dan il-fini tas-salvazzjoni eterna tagħna: deher fostna Salvatur kif ukoll stqarrew l-Anġli fi twelidu: “Għaliex twieled illum għalikom is-Salvatur li Hu Kristu Mulej, fil-belt ta’ David”. Min ma jarax il-vera ħerqa u l-vera kura li għandu Alla biex jsalvana mit-telfien biex permezz tiegħu l-bniedem jasal fil-fini li għalih ġie maħluq, jiġifieri biex dan jagħraf, iħobb u jservi ’l Alla u b’hekk isalva ruħu? U ħalli jnissel fina fiducja sħiħa ħajjarna biex meta nitolbu xi ħaġa lill-Mulej insejħulu Missier.
Sentenza ta’ Ġesù fuq s-siwi tal-fidi fil-Providenza t’Alla fil-ħajja tan-nisrani
‘Jekk Alla jieħu ħsieb it-tajr tal-ajru u l-ġilji tal-għalqa, kemm iżjed immela jieħu ħsieb tagħkom, nies ta’ fidi żgħira!?’
Talba:
Għinna Mulej biex induru lejk b’fiduċja li l-providenza tiegħek mhi qatt ser tonqosna għax intMissierna u tħobbna bħala wliedek għeżież.
Nitolbu: Ismagħna nitolbuk Mulej