Quddiesa għall-familji: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali hija għall-familji. Il-familji huma mħeġġa li jattendu.
Family Mass: On Sunday, the 9.30am mass in the Parish Church will be for families. All families are invited to attend.
Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fi żmien sitt xhur u li attendew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar bħal-lum ġimgħa fl-10.30am fis-Sala tal-Konferenzi fiċ-Ċentru. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.
Laqgħa mill-Qrib: There is going to be a meeting next Sunday at 10.30am at the Conference Centre hall for those couples who are getting married in the next 6 months and who completed the Cana Course. Bookings are to be made at the Parish Office.
Applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja: Nixtiequ ninformawkom li mid-29 ta’ Jannar se jibdew jintlaqgħu l-applikazzjonijiet online ta’ “applikanti oħra”. Aktar informazzjoni tinkiseb minn fuq il-website tal-Kurja www.knisja.mt.
Applications for Church schools: Applications from “other applicants” will start being received from government and independent schools as from Friday. Refer to the Curia website www.churchinmalta.org for further information.
Xogħol fuq il-paviment tal-Knisja ta’ Lapsi: Inħabbru li nhar it-Tnejn li ġej, 25 ta’ Jannar se jingħata bidu għal intervent ta’ restawr u konservazzjoni fuq il-paviment tal-irħam tal-Knisja ta’ Lapsi. Dan il-paviment għandu kważi 140 sena u allura nħass il-bżonn li jsir dan ix-xogħol meħtieġ. Dan il-proġett huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti. L-allokazzjoni ta’ fondi għal dan il-proġett tlaħħaq madwar €11,000. Nitolbu l-koperazzjoni ta’ kull min jiffrekwenta l-knisja sabiex fix-xhur li ġejjin ikun jista’ jsir dan ix-xogħol filwaqt li niskużaw ruħna bil-quddiem għal kull inkonvenjent.
Restoration works at Lapsi Church: As from Monday 25th January, works will start so as to restore and protect the marble floor. It has been felt that it is necessary, also in view that it is 140 years old. The Malta Arts Council is partly funding this project with an allocation of around €11,000. May we request the cooperation of those who frequent this church in the coming months while we also apologise for the inconvenience in advance.