Solennita’ tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl: Nhar L-Erbgħa 10 ta’Frar niċċelebraw is-Solennita’ tal-Festa ta’ San Pawl. Infakkrukom li hemm l-obbligu tal-quddies. Il-ħin tal-quddies ikun fit-8.00am, fid-9.00am fil-Knisja ta’ Lapsi, fid-9.30am, fil-11.00am u fis-6.30pm. Ma jkunx hawn quddiesa tal-12.15pm.
Solemnity of St Paul’s Shipwreck: We celebrate the feast of St Paul’s Shipwreck next Wednesday 10th February – a national feast. Mass times will be at 8.00am, 9.00am at Lapsi Church, 9.30am, 11.00am and 6.30pm. There will be no 12.15pm Mass.
Magażin Flimkien: Ngħarrfukom li ħareġ il-Flimkien ta’ Frar. Għalkemm f’dawn ix-xhur mhux qed jitqassam fid-djar, il-magażin tistgħu taqrawh fuq il-Facebook page tal-Parroċċa, is-siti ta’ newsbook.com.mt, laikos.org jew fuq il-website tad-djoċesi (maltadiocese.com).
Flimkien magazine: The February edition has been issued. Although it is not being distributed in homes at the moment, it may still be accessed on the Parish’s Facebook page, parish website, or newsbook.com.mt, laikos.org or on maltadiocese.org.
Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar li għadda għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Josephine Vella Zarb, Rebecca Zammit Lupi, Carmel Grech Mallia u Salvina Sammut. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
Prayers for our faithful departed: We pray for Josephine Vella Zarb, Rebecca Zammit Lupi, Carmel Grech Mallia and Salvina Sammut who entered eternal life during the past month. Eternal rest grant unto them O Lord …