
- Eżerċizzi tar-Randan (online): Nhar it-Tnejn inkomplu bl-Eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd. Se jkunu live fuq Facebook fis-7.30pm u jmexxi Fr Jimmy Bonnici. Wieħed jista’ jerġa’ jsegwi t-talk online ukoll matul il-ġimgħa.
- Lectio Divina (online): Nhar il-Ħamis niltaqgħu online fuq Google Meet fis-7.30pm, imma minnflok il-Lectio Divina se nispjegaw xi jfisser it-Tridu tal-Għid. Il-link se jkun aċċessibbli minn fuq il-paġna tal-Facebook tal-Parroċċa dakinhar stess.
- Festa tad-Duluri (il-Ġimgħa):
- Il-Knisja Parrokkjali se tinfetaħ filgħodu bejn id-9.00am u nofsinhar. Se jkun hemm saċerdoti disponibbli għall-qrar u tqarbin.
- Fis-6.00pm isir rużarju mmeditat quddiem ix-xbieha ta’ Marija Addolorata u wara quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. Dan se jkun streamed live fuq il-paġna tal-Facebook tal-Parroċċa u l-Youtube Channel tagħna.
- Il-Knisja tinfetaħ għall-qrar u tqarbin ukoll bejn is-7.30pm u t-8.30pm.
- Ħadd il-Palm: Nhar il-Ħadd fid-9.00am issir quddiesa live streamed ukoll fuq il-paġna tal-Facebook tal-Parroċċa u l-Youtube Channel tagħna.
- Ftuħ tal–Knisja: Infakkar li l-Knisja Parrokkjali qed tinfetaħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.30am u l-10.30am għall-adorazzjoni u talb privat.
- Hampers jew donazzjonijiet għall-familji fil-bżonn: Il-Kummissjoni Djakonija tixtieq tavża li ser tqassam hampers lill-familji fil-bżonn ġewwa l-Parroċċa. Għaldaqstant dawk kollha li jixtiequ jipparteċipaw jistgħu iħallu basktijiet quddiem l-Uffiċċju Parrokkjali, fuq it-taraġ bejn il-kanċell u l-bieb ta’ barra. Donazzjonijiet finanzjarji jistgħu jintbagħtu wkoll, jew bank transfer jew b’ċekk u jitħallew fil-letter box tal-Uffiċċju Parrokkjali.
- Dawn l-avviżi jistgħu jerggħu jinqraw fuq il-paġna tal-Facebook u l-website tal-Parroċċa matul il-ġimgħa.
Related