
- Eżerċizzi tar-Randan (online): Nhar it-Tnejn inkomplu bl-Eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd. Se jkunu live fuq Facebook fis-7.30pm u jmexxi Fr Jimmy Bonnici. Wieħed jista’ jerġa’ jsegwi t-talk online ukoll matul il-ġimgħa.
- Lectio Divina (online): Nhar il-Ħamis inkomplu bil-Lectio Divina online fuq Google Meet fis-7.30pm. Il-link se jkun aċċessibbli minn fuq il-paġna tal-Facebook tal-Parroċċa dakinhar stess.
- Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija fil-Knisja Parrokkjali.
- Ġbir ta’ affarijiet tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali u ta’ Lapsi tqegħdu qfief apposta fejn kull min jixtieq jista’ jpoġġi l-affarijiet tal-ikel għal nies fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.
- Magażin Flimkien: Ngħarrfukom li ħareġ il-Flimkien ta’ Marzu. Għalkemm f’dawn ix-xhur mhux qed jitqassam fid-djar, il-magażin tistgħu taqrawh fuq il-Facebook page tal-Parroċċa, is-siti ta’ newsbook.com.mt, laikos.org jew fuq il-website tad-djoċesi (maltadiocese.com).
- Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar li għadda għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Ralph Leone Ganado, Carmelo Catania, Caroline Camilleri, Victoria Caruana, Emanuel Bugeja, Noel Tanti, Maria Dolores Caruana u Loreto Scicluna. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
- Ġabra: Illum huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk il-ġabra li se ssir se tkun b’risq l-ispejjeż tal-parroċċa. Nirringrazjawkom tal-ġenerosita’ tagħkom.
- Lenten Talks: On Monday we shall continue with the Lenten Talks. They start at 7.30pm and are accessible on Facebook and Youtube throughout the week.
- Lectio Divina (Online): On Thursday, we shall continue with our Lectio Divina which will be held on Google Meet at 7.30pm. The link will be accessible from the Facebook page of the Parish on the same day.
- Baptism: On Sunday the sacrament of Baptism will be celebrated during the 11.00am mass in the Parish Church.
- Collection of food items: The Diaconia Commission is currently collecting food items for needy families in our Parish. All food items are to be placed in the baskets at the back of the Parish Church and Lapsi Church. We thank you in advance for your help.
- Flimkien magazine: The March edition has been issued and is accessible on the Parish’s Facebook page, or newsbook.com.mt, laikos.org or on maltadiocese.org.
- Prayers for our faithful departed: We pray for Ralph Leone Ganado, Carmelo Catania, Caroline Camilleri, Victoria Caruana, Emanuel Bugeja, Noel Tanti, Maria Dolores Caruana and Loreto Scicluna who entered eternal life during February. Eternal rest grant unto them O Lord …
- Collection: Today being the first Sunday of the month, the collection will be in aid of the parish. We thank you for your generosity.
Related