AVVIŻI – PARISH NOTICES 22- 23 ta’ Mejju 2021

  • Lectio Divina (online):  Inkomplu serje ta’ Lectio Divina online bi tħejjija għall-festa tat-Trinita’ nhar il-Ħamis fis-7.30pm.
  • Lectio Divina (online):  On Thursday at 7.30pm we will continue with the Lectio Divina online as preparation for the Feast of the Holy Trinity.
  • Quddiesa għall-familji: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun animata mit-tfal.  Il-familji huma mħeġġa li jattendu.
  • Family Mass: A Family Mass will be held at the Parish Church on Sunday at 9.30am.  The mass will be animated by children.
  • Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li se jiżżewġu sa Novembru li ġej u li lestew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 30 ta’ Mejju fl-10.30am fis-Sala tal-Konferenzi taċ-Ċentru.  Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.
  • Laqgħa mill-Qrib: There is going to be a meeting on Sunday 30th May at 10.30am at Conference Centre hall for those couples who are getting married in the next 6 months and who completed the Cana Course.  Bookings are to be made at the Parish Office.
  • Kors ta’ Kana:  Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda fl-aħħar ta’ Settembru.  Min hu interessat jista’ japplika fl-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
  • Cana Course: Those couples getting married in the next two years are to complete the Cana Course. This will be starting at the end of September in our Parish. One may call the Parish office for further information.
  • Ġabra Seminarju: Grazzi ħafna tal-ġabra li saret b’risq is-Seminarju fil-weekend li għadda.  Inġabret is-somma ta’ elfejn Euro. F’isem is-Seminarju ngħidulkom Grazzi.
  • Collection for the Seminary: Many thanks for the donations made for the Seminary last weekend.  The collection amounted to €2000.  We thank you on behalf of the Seminary.
  • Servizz ta’ Ushers: Nixtieq nerġa’ nagħmel appell għal min jista’ jgħin bħala ushers biex ikunu jistgħu jgħinu fil-quddies. 
  • Ushers:  Please allow me to make another appeal for volunteers who can act as ushers to assist during Masses. 

About the author

Ikkummenta