
- Lectio Divina (online): Inkomplu serje ta’ Lectio Divina online għal dan iż-żmien tal-Għid nhar il-Ħamis fis-7.30pm.
- Lectio Divina (online): We shall continue the series of Lectio Divina online on Thursday at 7.30pm.
- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.
- First Friday: At 7.00pm there will be Mass followed by an adoration at the Parish Church.
- Ordinazzjoni Saċerdotali: Nhar is-Sibt li ġej se ssir l-Ordinazzjoni ta’ erba’ Saċerdoti ġodda fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid fid-9.30am. Fost dawn is-saċerdoti hemm Joshua Cortis li qed iservi f’din il-parroċċa. L-Ordinazzjoni se tixxandar live fuq TVM2, knisja.mt u newsbook.com.mt.
- Ordination to the priesthood: Four new priests are being ordained this Saturday at the Basilica of Christ the King, Paola at 9.30am, including Joshua Cortis who is serving in our Parish. The Ordination will be transmitted live on TVM2, church.mt and newsbook.com.mt.
- Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
- Baptism: On Sunday the sacrament of Baptism will be celebrated during the 11.00am mass in the Parish Church.
- Jum l-Omm: Nhar il-Ħadd li ġej se niċċelebraw Jum l-Omm. Inżommu lil ommijietna fit-talb tagħna.
- Mother’s day: On Sunday we celebrate Mother’s day. May we keep all our mothers in our prayers
- Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ April għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Frank Stellini, Anna Bruno Bartolo, Dorothy May Farrugia, Albert Mizzi u Mary Galea. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
- Prayers for our faithful departed: We pray for Frank Stellini, Anna Bruno Bartolo, Dorothy May Farrugia, Albert Mizzi and Mary Galea who entered eternal life during April. Eternal rest grant unto them O Lord …
- Ġabra Speċjali: Dan il-weekend għandna ġabra speċjali għall-Parroċċa biex inkomplu nkopru l-ispejjeż li qed isiru f’apparat ġdid tal-live streaming kif ukoll għall-poġġaman ġdid li sar fit-taraġ li jagħti għall-gallariji.
- Special collection: This weekend we shall be having a special collection for the needs of the Parish, in order to cover expenses relating to the live streaming of Masses as well as the costs to place a handrail on the stairs going up to the balcony.
Related