
- L-Ewwel Qrara: Nhar it-Tlieta fil-5.30pm fil-Knisja Parrokkjali se ssir l-ewwel qrara għat-tfal li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju.
- First confession: On Tuesday at 5.30pm at the Parish church there is going to be the first confession for those children doing their first Holy Communion in June.
- Lectio Divina (online): Inkomplu serje ta’ Lectio Divina online għal dan iż-żmien tal-Għid nhar il-Ħamis fis-7.30pm.
- Lectio Divina (online): On Thursday at 7.30pm we will continue with the Lectio Divina online during this Eastertime.
- Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li se jiżżewġu sa Novembru li ġej u li lestew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 30 ta’ Mejju fl-10.30am fis-Sala tal-Konferenzi taċ-Ċentru. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.
- Laqgħa mill-Qrib: There is going to be a meeting on Sunday 30th May at 10.30am at Conference Centre hall for those couples who are getting married in the next 6 months and who completed the Cana Course. Bookings are to be made at the Parish Office.
- Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana. Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda fl-aħħar ta’ Settembru. Min hu interessat jista’ japplika fl-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
- Cana Course: Those couples getting married in the next two years are to complete the Cana Course. This will be starting at the end of September in our Parish. One may call the Parish office for further information.
- Ġabra Seminarju: Kif avżajna l-ġimgħa li għaddiet, dan il-weekend qed issir il-ġabra għas-Seminarju.
- Collection for the Seminary: This weekend we are holding the collection for the Seminary as advised last weekend.
Related