Vġili ta’Għid il-Ħamsin

L-EWWEL QARI (3:1-5)

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġoel

         Dan jgħid il-Mulej: «Jiena nsawwab l-Ispirtu

tiegħi fuq il-ħlejjaq kollha. Uliedkom iħabbru,

subien u bniet, ix-xjuħ tagħkom ikollhom ħolm,

iż-żgħażagħ tagħkom jaraw viżjonijiet. U mqar

fuq il-qaddejja, irġiel u nisa, insawwab l-ispirtu

tiegħi f’dawk il-jiem.

         Fis-sema u fl-art nuri sinjali, demm u nar u

kolonni ta’ duħħan! Ix-xemx tinbidel fi dlam, u

l-qamarf’demm, qabelma jasalJumil-Mulej, kbir

u tal-biża’!

         U kull min isejjaħ isem il-Mulej jinħeles,

għax fuq il-muntanja Sijon ikun hemm issalvazzjoni, kif qal il-Mulej, u f’Ġerusalemm

jibqgħu xi wħud li l-Mulej isejjaħ.»

Il-Kelma tal-Mulej.

 Irroddu ħajr lil Alla.

SALM RESPONSORJALI (Salm 103)

Rit: Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, u

ġedded il-wiċċ tal-art!

Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej!

Mulej, Alla tiegħi, int kbir bil-bosta!

Bis-sebħ u bil-ġmiel inti mlibbes,

bid-dawl, bħal b’mantell, inti mkebbeb. Rit…

Kemm huma kotrana l-għemejjel tiegħek,

Mulej! Kollha bl-għerf int għamilthom;  

mimlija l-art bil-ħlejjaq tiegħek.

Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej! Rit…

Minnek jistennew il-ħlejjaq kollha

li tagħtihom ikilhom f’waqtu.

Inti tagħtihom, u huma jiġbru;

tiftaħ idejk, u jixbgħu bil-ġid. Rit…

Jekk teħdilhom nifishom, imutu,

u lejn it-trab jerġgħu jmorru.

Malli tibgħat in-nifs tiegħek, jinħolqu,

u inti ġġedded il-wiċċ tal-art. Rit…

IT-TIENI QARI (8:22-27)

Qari mill-Ittra ta’ San PawlAppostlu lir-Rumani

         Ħuti, aħna nafu li l-ħolqien kollu għadu

s’issa jitniehed bl-uġigħ tal-ħlas; u mhux hu

biss, imma wkoll aħna li għandna l-ewwel

frott tal-Ispirtu, aħna wkoll nitniehdu fina

nfusna waqt li nistennew l-adozzjoni ta’ wlied,

il-fidwa ta’ ġisimna. Aħna salvi bit-tama.

         Meta wieħed jara l-ħwejjeġ li jkun ittama,

ma tkunx aktar tama; għax kif jista’ wieħed

jittama l-ħwejjeġ li ġa jkun ra? Imma dak li

qegħdin nittamaw, jekk m’aħniex narawh, qed

nistennewh bis-sabar.

         Hekk ukoll l-Ispirtu, min-naħa tiegħu,

jgħinna fin-nuqqas ta’ ħila tagħna. Għax aħna

anqas biss nafu nitolbu kif imiss, imma l-Ispirtu

stess jidħol għalina bit-talb tiegħu bi tnehid li

ma jistax jitfisser bil-kliem; u Alla, li l-ħarsa

tiegħu tinfed il-qlub, jaf x’inhi x-xewqa talIspirtu; bit-talb tiegħu jidħol għall-qaddisin

skont ma jrid Alla.

Il-Kelma tal-Mulej.

 Irroddu ħajr lil Alla.

AKKLAMAZZJONI QABEL L-EVANĠELJU

Hallelujah. Hallelujah.

Ejja, Spirtu s-Santu, imla l-qlub tal-fidili

tiegħek u kebbes fihom in-nar ta’ mħabbtek.

Hallelujah!

L-EVANĠELJU (7:37-39)

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

         Fl-aħħar jum tal-festa, il-jum l-aktar

solenni, Ġesù qam jgħid b’leħen għoli: «Min

jieħdu l-għatx, jiġi għandi u jixrob. Kif tgħid

l-Iskrittura, min jemmen fija, minnu joħorġu

xmajjar ta’ ilma ħaj.»

         Dan qalu għall-Ispirtu li kellhom jirċievu

dawk li jemmnu fih, għax l-Ispirtu kien għad

ma ngħatalhomx, billi Ġesù kien għadu ma

ġiex igglorifikat.

Il-Kelma tal-Mulej.

 Tifħir lilek Kristu.

About the author

Ikkummenta