AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 21 – 22 t’Awwissu 2021

  • Programm tal-Festa ta’ San Ġiljan Ospitalier
  • L-Erbgħa:  Fis-7.00pm ikun hawn quddiesa li fiha jieħdu sehem it-tfal tal-Parroċċa u ssir il-vestizzjoni tal-11-il abbatin ġdid segwit minn kunċert qasir.
  • Il-Ħamis: Fis-7.00pm ikun hawn quddiesa organiżżata bis-sehem tal-Kummissjoni Djakonija li għaliha mistiedna b’mod speċjali l-anzjani tal-parroċċa tagħna.  Fil-quddiesa jingħata wkoll is-Sagrament tal-Griżma tal-morda. 
  • Il-Ġimgħa: Fis-7.00pm ikun hawn quddiesa li fiha Dun Marco Portelli se jrodd ħajr lil Alla fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu.  Mistiedna l-Għaqdiet u l-Gruppi tal-parroċċa. 
  • Is-Sibt: Fis-6.30pm ikun hawn translazzjoni solenni bir-Relikwija ta’ San Ġiljan Ospitalier u wara quddiesa.  Il-quddiesa ta’ wara ssir fit-8.00pm.
  • Il-Ħadd:  Ħin tal-Quddies bħal tal-Ħadd.  Fis-7.00pm issir quddiesa solenni f’Jum il-Festa f’Ġieħ San Ġiljan Ospitalier, immexxija mill-E.T. Mons. Joseph Galea Curmi, flimkien mal-kleru tal-parroċċa.  Il-quddiesa tkun animata mill-Amadeus Chamber Choir. Fi tmiem il-quddiesa titkanta l-Antifona Beate Juliane u l-Innu Popolari lil San Giljan Ospitalier.
  • Armar: Avolja ċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa se jsiru ġewwa l-Knisja biss, xorta waħda l-Parroċċa ħadet ħsieb li tarma d-dawl u tagħmel ftit armar fl-inħawi tal-Knisja u se jittellgħu wkoll l-bandalori fil-pjazza u l-madwar.
  • Ġabra: Nirringrazzjawkom tal-oġġetti kollha tal-ikel li tajtuna s’issa b’risq il-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna.  Din il-ġimgħa se jitqassmu l-hampers li ġew imħejjija mill-Kummissjoni Djakonija tal-Parroċċa, kif ukoll numru ta’ ikliet li ġew sponsored minn benefatturi tal-parroċċa.

About the author

Ikkummenta