Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-Festa Titulari ta’ San Ġiljan Ospitalier 25 – 29 t’Awwissu 2021

IĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET KOLLHA JSIRU FIL-KNISJA PARROKKJALI

L-Erbgħa, 25 t’Awwissu

Jum it-Tfal

7.00PM| Quddiesa li fiha jieħdu sehem it-tfal tal-Parroċċa u ssir il-vestizzjoni tal-11-il abbatin ġdid.  Imexxi l-quddiesa l-viċi Kappillan Dun Paul Mizzi u tkun animata mill-Aljevi tal-Banda San Ġiljan.  Wara l-quddiesa l-istess Aljevi se jagħtu Kunċert qasir fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali.

Il-Ħamis, 26 t’Awwissu

Jum l-Anzjani

7.00PM| Quddiesa organiżżata bis-sehem tal-Kummissjoni Djakonija li għaliha mistiedna b’mod speċjali l-anzjani tal-parroċċa tagħna.  Fil-quddiesa jingħata wkoll is-Sagrament tal-Griżma tal-morda.  Imexxi l-quddiesa Dun Joshua Cortis, saċerdot novell, li qed iservi fil-parroċċa tagħna.  Janima l-quddiesa s-St Julians Choral Group, taħt it-tmexxija tas-Sur Pio Dalli.  Fi tmiem il-quddiesa jitkanta l-Innu Popolari lil San Ġiljan Ospitalier.

Il-Ġimgħa, 27 t’Awwissu  

Jum l-Għaqdiet tal-Parroċċa

7.00PM| Quddiesa li fiha Dun Marco Portelli se jrodd ħajr lil Alla fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu.  Mistiedna l-Għaqdiet u l-Gruppi tal-parroċċa.  Il-ġabra fi tmiem il-quddiesa se tmur għad-Dar tal-Providenza u għall-familji tal-bżonn fil-parroċċa.  Fi tmiem il-quddiesa wkoll jitkanta l-Innu Popolari f’ġieħ San Ġiljan Ospitalier.

Is-Sibt, 28 t’Awwissu

Lejliet il-Festa

6.30PM| Translazzjoni solenni bir-Relikwija ta’ San Ġiljan Ospitalier mill-artal tal-Madonna ta’ Pinu u titkanta l-Antifona Beate Juliane ta’ Mro Paolo Nani u wara tibda quddiesa mmexxija mill-W.R. Kappillan Dun Claude Portelli.  Fi tmiem il-quddiesa jitkanta l-Innu Popolari lil San Ġiljan Ospitalier.

Il-quddiesa ta’ wara ssir fit-8.00pm.

Il-Ħadd, 29 t’Awwissu

Jum il-Festa

Il-ħin tal-quddies ta’ filgħodu jibqa’ l-istess – 8am, 9.30am, 11am, 12.15pm.

7.00PM | Quddiesa solenni f’Jum il-Festa f’Ġieħ San Ġiljan Ospitalier, immexxija mill-E.T. Mons. Joseph Galea Curmi, Isqof Awżiljarju ta’ Malta u Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi, flimkien mal-kleru tal-parroċċa.  Il-quddiesa tkun animata mill-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra mmexxija minn Mro. Brian Cefai fejn se jesigwixxu Messa di Santa Cecilia ta’ Charles Gounod. 

Fi tmiem il-quddiesa titkanta l-Antifona Beate Juliane ta’ Mro Paolo Nani u l-Innu Popolari lil San Giljan Ospitalier.

About the author

Ikkummenta