Il-ħidma għadha għaddejja bla waqfien fil-parroċċa attiva tagħna. Bħalissa għaddej xogħol kbir fil-knisja parrokkjali l-antika magħrufa bħala Ta’Lapsi.
Nhar it-Tnejn, 2 t’Awwissu, ngħata bidu għall-proġett ta’ restawr u konservazzjoni tal-ġebla taz-zokklatura, żebgħa u ridekorazzjoni tal-knisja. Dan il-proġett qed ikun koordinat mill-parroċċa taħt id-direzzjoni tal-kappillan Dun Claude Portelli, flimkien mal-Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi, San Ġiljan. Il-proġett qed isir fuq pariri tal-Perit Victor Torpiano u taħt id-direzzjoni tal-artist Silvio Pace li jispeċjalizza fl-arti dekorattiva ekkleżjastika.
Parti kbira mill-ewwel fażi ta’ dan il-proġett qed tiġi megħjuna mill-Kunsill Lokali San Ġiljan, b’fondi miksuba mir-Reġjun Ċentru li mingħajrhom dan il-proġett ma kienx ikun possibbli.
Dawk kollha li jħossuhom verament Ġiljaniżi u lesti joffru l-għajuna finanzjarja tagħhom huma mitluba jkellmu lill-kappillan, jew l-uffiċċju parrokkjali jew xi membru tal-Għaqda Dilettanti Knisja Ta’Lapsi. Agħtu donazzjoni sabiex tgħinuna nżommu dan it-tempju kif jixraq.
Dawn ir-ritratti juru ix-xogħol li għaddej bħalissa.