AVVIŻI – PARISH NOTICES 30 – 31 t’Ottubru 2021

  • Solennità tal-Qaddisin kollha u l-Għid tal-Imwiet:  Nhar it-Tnejn u t-Tlieta jkun hawn quddiesa solenni fis-6.30pm bis-sehem tas-St Julians Choral Group.  Huma jiem li fihom wieħed għandu jipprova jieħu sehem fil-quddies. Il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħas-soltu.
  • All Saints’ and all Souls’ Solemnity:  This Monday and Tuesday being the feasts of All Saints and All Souls, we will be having solemn masses at 6.30pm with the participation of St Julians Choral Group. One should try to hear Mass if possible. Mass times will be the same as usual.
  • Quddiesa għall-mejtin tagħna: Nhar il-Ġimgħa hi l-ewwel Ġimgħa tax-xahar.  Fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali, ikun hawn quddiesa għal dawk li mietu matul din is-sena fil-Parroċċa tagħna.
  • Mass for the faithful departed:  ThisFriday is first Friday.A mass for the deceased in the past year in our Parish will be held at 6.30pm at the Parish Church.
  • Ġabra għall-Missjoni:  Il-ġabra li saret għall-Missjoni kienet ta’ €3,000.  Grazzi ħafna tal-ġenerożità tagħkom.

  • Collection for the Missions:  The collection held on Mission Sunday amounted to €3,000.  Thank you for your generosity.
  • Book Centre: Il-weekend li ġej se jsir sale ġewwa l-Book Centre matul il-quddies tal-weekend kollu.
  • Book Centre: There will be a sale at the Book Centre next weekend, during all the weekend masses.
  • Ħin tax-Xitwa: Dan il-weekend indawru l-arloġġ siegħa lura u għalhekk il-quddiesa ta’ filgħaxija, kemm tal-Ħadd, kif ukoll ta’ matul il-ġimgħa tkun fis-6.30pm. Il-quddies tas-Sibt filgħaxija jibqa’ l-istess.
  • Winter Hours:  This weekend we shall by turning back the clock by one hour, so all evening masses will now be at 6.30pm, except for Saturdays which remain unchanged.
  • President’s Fun Run: Il-Kunsill Lokali jixtieq javża li se ssir il-President’s Fun Run il-Ħadd 21 ta’ Novembru li titlaq mill-bajja ta’ Spinola.  Kull parteċipant jista’ jirreġistra billi jċempel lill-Kunsill Lokali jew jibbukkja online fuq is-sit https://mccf.store.
  • President’s Fun Run: The President’s Fun Run will be held on Sunday 21st November and will leave from Spinola Bay.  Each participant can register by calling the Local Council or online at https://mccf.store.

About the author

Ikkummenta