AVVIŻI-PARISH NOTICES 4 – 5 ta’ Diċembru 2021

  • Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni: Nhar l-Erbgħa niċċelebraw il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Tajjeb li wieħed jisma’ quddiesa.  Il-ħin tal-quddies ikun bħal ta’ matul il-ġimgħa.
  • Feast of the Immaculate Conception: The Feast of the Immaculate Conception is on Wednesday. It would be nice to hear mass on the day. Mass times will be the same as weekdays. 
  • Lectio Divina:  Nhar il-Ħamis inkomplu bit-tielet Lectio li se jsir online.  Il-ħolqa tkun aċċessibbli mill-paġna tagħna tal-Facebook dakinhar stess.
  • Lectio Divina (online):  On Thursday there will be the third Lectio Divina online at 7.15pm.  The link will be accessible from our Facebook page on the day.
  • Sally sounds: Nhar il-Ħadd wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se jkollna performance qasira minn Sally Sounds, kor ta’ tfal li se jkantaw għanjiet tal-Milied.
  • Sally Sounds:  After the evening mass on Sunday, we shall have a brief performance by Sally Sounds, a children’s choir who will be singing Christmas carols.
  • Irtir tal-Avvent:  Nhar it-Tnejn 13 ta’ Diċembru, festa nazzjonali, se jsir l-Irtir tal-Avvent fis-Sala taċ-Ċentru.  Min jixtieq jibbukkja jista’ jagħmel dan sa nhar il-Ġimgħa billi jċempel l-uffiċċju parrokkjali.
  • Advent retreat:  The Advent retreat will be held on Monday 13th December in the Conference hall.  Bookings may be made by calling the parish office.
  • Kunċert Prelude to Christmas:  Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se jkollna wkoll kunċert tal-Milied mill-Amadeus Chamber Choir u bl-orkestra.  Biljetti li huma limitati minhabba l-pandemija jistgħu jinkisbu mill-Book Centre.
  • Prelude to Christmas concert: After evening mass on Friday 17th December, Amadeus Chamber Choir and orchestra will be presenting a Prelude to Christmas concert. Tickets are available from the Book Centre and are limited due to the pandemic.
  • Kummissjoni Djakonija:  Tpoġġew qfief fil-Knejjes kollha għall-ikel għall-familji fil-bżonn. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom bil-quddiem.  Jekk hemm min din is-sena jixtieq joffri li jipprepara ikel għall-Milied biex noffru lill-familji, jista’ jkellimna.
  • Diaconia Commission:  Baskets have been placed in all churches for food hampers for the families in need.  We thank you in advance.  If anyone would like to prepare a Christmas meal for these families, one can also contact us.
  • Talb għall-mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Novembru għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Mary Theresa Sammut, Alfred Brincat, Claire Borg, Michael Scerri u Ismael Grima.  Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
  • Prayers for our faithful departed: We pray for Mary Theresa Sammut, Alfred Brincat, Claire Borg, Michael Scerri and Ismael Grima who entered eternal life during November. Eternal rest grant unto them O Lord…
  • Magażin Flimkien:  Il-Magażin Flimkien tax-xahar ta’ Diċembru tistgħu tiġbruh minn fejn il-biebin tal-knisja jew tistgħu taqrawh fuq il-Facebook page tal-Parroċċa, is-sit tal-parroċċa www.stjuliansparish.org jew maltadiocese.com.
  • Ġabra: Dan hu l-ewwel weekend tax-xahar u l-ġbir kollu jkun għall-bżonnijiet tal-parroċċa.
  • Collection:  This is the first Sunday of the month so all collections will be in aid of the Parish.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading