- Żjara tal-Papa: Il-Papa se jkun fuq il-Pope-mobile darbtejn: is-Sibt hu u sejjer lejn il-Palazz tal-President, minn Porte des Bombes sal-Palazz; u l-Ħadd hu u sejjer għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa, mill-Blata l-Bajda fejn il-MUSEUM sal-Fosos. Infakkru li l-Ħadd meta ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana, l-aħħar quddiesa filgħodu li tiġi ċċelebrata fil-parroċċi u l-knejjes tkun dik tat-8.00am, imbagħad issir il-quddiesa tas-7.00pm. Is-Sibt ikollna tas-6.30pm u tat-7.45pm bħas-soltu.
- Sawm u astinenza: L-Isqfijiet qed iħeġġuna li nhar il-Ġimgħa nagħmlu ġurnata ta’ sawm, astinenza u talb għall-bżonnijiet taż-żjara tal-Papa. Tajjeb li din tkun l-intenzjoni kemm fil-quddies kif ukoll f’talb ieħor li jsir dak inhar (rużarju, via crucis, adorazzjoni, eċċ). Billi l-Ġimgħa hi wkoll l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, il-quddiesa tas-7.00pm u l-adorazzjoni se jiġu offruti għal din l-intenzjoni.
- Irtir tar-Randan: Nhar il-Ħamis, festa pubblika, ser isir irtir tar-Randan. Nibdew b’quddiesa tad-9.00am fil-Knisja u nkomplu bl-irtir fis-Sala sal-12.00pm, li jkun immexxi mill-Papas Martin Zammit. Wieħed jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali għall-booking.
- Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Għid. Għaldaqstant tqiegħdu qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali, il-Knisja ta’ Lapsi u l-Kappella tal-Kunċizzjoni. Il-Kummissjoni ser tqassam ukoll ikla misjura lill-familji fil-bżonn ġewwa l-Parroċċa. Dawk kollha li jixtiequ jipparteċipaw għandhom iċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali.
- Ħin tas-Sajf: Infakkru li dan il-weekend jinbidel il-ħin għal dak tas-Sajf u għalhekk il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija u ta’ fost il-ġimgħa tkun fis-7.00pm.
- Bejgħ ta’ figolli: Fil-weekend ta’ qabel l-Għid il-Kbir, se jkollna figolli home-made għall-bejgħ ħdejn il-Knisja Parrokkjali. Min jixtieq jordna l-figolli, importanti li tinformawna sal-ewwel ġimgħa t’April.
- Ġabra Seminarju: Dan il-weekend qed issir il-ġabra għas-Seminarju.
******************
- Papal Visit: Pope Francis is going to be on the Pope-mobile twice during his visit in Malta: on Saturday morning from Porte des Bombes to the Presidential Palace, and on Sunday morning from the MUSEUM building in Blata l-Bajda to the Granaries. On Sunday the last mass is at 8.00am and then there is 7.00pm evening mass. Saturday masses as usual at 6.30pm and 7.45pm.
- Fasting: The Bishops are urging us to keep next Friday as a Day of Fasting for the Pope’s visit intentions. The intentions during mass and our rosary should also be for the spiritual success of this visit. Next Friday’s adoration after the 7pm mass is also for this intention.
- Retreat: Next Thursday, a public holiday, we will be holding the Parish Lenten Retreat starting at 9.00am with mass, followed by the talks at the Parish Centre Conference Hall. The talk will be delivered by Papas Martin Zammit.
- Grupp Ħbiberija: The Diaconia Commission is collecting food items in the baskets provided at the back of the Church. It will also be distributing a warm meal to the Parish’s needy families again. Anyone who would like to help out with such an initiative can contact the Parish Office this week.
- Summer Time: May we remind you that from this Sunday, the evening mass at the Parish Church during the week and on Sunday evenings will be at 7.00pm.
- Sale of figolli: We will be having the traditional Easter figolli for sale near the Parish Church in aid of the Parish during the weekend before Easter. You may preorder yours by the first week of April should you wish by calling the parish office.
- Collection: As previously advised last week, this weekend there is a collection in aid of the needs of the Seminary.