AVVIŻI – PARISH NOTICES 21 – 22 ta’ Mejju 2022

  • Ċelebrazzjoni Marjana:  Nhar il-Ħamis fil-5.15pm it-tfal kollha tal-katekiżmu, flimkien mal-ġenituri, jiltaqgħu fil-Knisja Parrokkjali għall-inkurunazzjoni tal-istatwa ta’ Sidtna Marija mit-tfal.  Din l-okkażjoni timmarka l-għeluq tas-sena kateketika.
  • Quddiesa għall-familji:  Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun animata mit-tfal.  Mistiedna speċjali huma t-tfal li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina ix-xahar id-dieħel.
  • Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2016, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali minn nhar it-Tnejn. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).
  • Quddiesa ta’ ringrazzjament:  Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju fis-7.00pm se ssir quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Knisja Parrokkjali fi tmiem tal-ħidma li wettaq Fr Claude fil-parroċċa tagħna.  Kulħadd hu mistieden għal din l-attivita’.
  • Marian Celebration: All children attending Catechism together with their parents are meeting at the Parish Church on Thursday at 5.15pm for the crowning of Our Lady by the children.  This occasion will mark the end of the catechetical year.
  • Family Mass: On Sunday, the 9.30am Mass at the Parish Church will be animated by the children.  The children having their First Holy Communion this year are especially invited.
  • Catechism applications: Those who wish to apply for the Holy Communion class for next year, that is those children born in 2016, can collect their application from the Parish Office from Monday.  (Those children who have already attended this year do not need to reapply as they automatically go to the next class.)
  • Thanksgiving Mass:  On Friday 24th June at 7.00pm there is going to be a thanksgiving Mass at the Parish Church to mark the end of Fr Claude’s mission in the parish.  Everyone is invited to attend.

About the author

Ikkummenta